It-tkabbir u l-iżvilupp ikunu diffiċli li jseħħu mingħajr sistema ta’ trasport tajba mifruxa mar-reġjuni kollha tal-UE, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta saħaq dwar il-ħtieġa ta’ baġit imfassal apposta għall-bżonnijiet lokali fl-infrastruttura tat-trasport.
“Għajnuna diretta lejn il-forom kollha tat-trasport pubbliku tibqa’ essenzjali.” qal Dr Sant li vvota favur ir-rapport ‘Il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-tneħħija tal-konġestjoni tat-traffiku f’networks prinċipali”.
Fid-dawl tat-tnaqqis fil-baġit Ewropew għas-seba’ snin li jmiss, wieħed ma jistax ma jenfasizzax li l-fondi tal-UE iddedikati għall-istruttura tat-trasport huma l-iktar strument viżibbli ta’ fondi Ewropej. Bħalissa, il-konġestjoni taffettwa kemm it-traffiku fit-toroq kif ukoll tal-ajru u tiswa lill-Ewropa madwar 1% tal-Prodott Gross Domestiku.
“Ivvotajt favur din ir-Riżoluzzjoni għax tinkoraġġixxi politika bżonnjuża ta’ network integrat tat-trasport, li tippermetti lin-nies u l-merkanzija jivvjaġġaw faċilment bejn ir-reġjuni differenti tal-UE. Aktar minn hekk, tenfasizza investiment integrat fl-infrastruttura tat-trasport bażiku f’żoni remoti u b’nuqqas ta’ aċċessibilita`.”
Dr Sant qal li mingħajr miżuri ġusti, it-traffiku se jiżdied aktar. Il-konġestjoni fiż-żoni urbani hija impressjonanti. Qed ikollha impatt negattiv kemm fuq il-produzzjoni ekonomika, u anki fuq saħħet il-bniedem. Fl-ibliet l-aktar konġestjonati, wieħed jista’ jieħu sa 50% aktar ħin biex jivjaġġja għad-destinazzjoni tiegħu.
Ir-Rapport għadda b’475 voti favur, 153 kontra u 22 astenzjoni.

IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA
Read More

MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT
Read More

TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU
Read More

JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM
Read More

TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA
Read More

ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA
Read More

L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA
Read More

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA
Read More
Post a comment