Għawdex jista’ jgawdi minn aktar fondi tal-Unjoni Ewropea li joħolqu proġetti u impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ f’Għawdex. Jeħtieġ sforzi akbar biex ninkoraġġixxu aktar fondi tal-Unjoni Ewropea għal attivita` ekonomika ġdida f’Għawdex. L-ewwel priorita` trid tkun li l-politika Ewropea, għas-siwi ta’ Għawdex, taqbel mar-realtajiet Għawdxin. Għawdex jeħtieġ jingħata trattament speċjali fil-qasam tat-trasport, turiżmu, agrikoltura, industrija, artiġġjanat, industriji żgħar u medji, servizzi finanzjarji u appoġġ diġitali.
Dan qalu l-Ewroparlamenti Alfred Sant waqt il-Konferena ‘L-Aspirazzjonijiet tal-Għawdxin fl-Ewropa.’ Dr. Sant qal li Għawdex jeħtieġ irawwem it-talent żagħżugħ tiegħu u joħloq proġetti ġodda f’Għawdex. ‘Irridu nreġġgħu lura li ż-żgħażagħ ifittxu xogħol u jaħdmu Malta jew aktar ’il bogħod meta jispiċċaw l-istudji tagħhom. Dawn jeħtieġu impjiegi f’Għawdex. Jeħtieġu impjiegi vijabbli għalihom u għal oħrajn f’Għawdex. Għawdex għandu bżonn niċeċ ta’ attivitajiet li jinvolvu liż-żgħażagħ Għawdxin. Dan diġa` ġie propost fi proġett li jixraqlu kull suċċess. Tkun idea tajba jekk il-gvern jagħmel sforz żejjed fil-qasam tal-investiment biex jimmobilizza aktar fondi fi programmi oħra tal-UE, li jagħtu appoġġ lil proġetti ġodda.
‘Każ partikolari huwa l-programm INTERREG tal-Unjoni Ewropeali jagħti fondi lil proġetti fir-reġjuni periferali u gżejjer iżolati fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti huma ko-finanzjati bejn ir-reġjuni u l-gżejjer u l-UE. Proġett tipiku jiswa madwar €3 miljun, 85% jitħallsu mill-UE u l-bqija mir-reġjuni permezz tal-gvernijiet ċentrali. Dawn il-proġetti jgħinu liż-żgħażagħ Għawdxin joħolqu proġetti ġodda f’Għawdex.’
Dr. Sant qal li jidher li għadna m’aħniex imħejjija biex nesplojtjaw il-possibilitajiet ta’ proġetti bħall-INTERREG. ‘Inwiegħed lill-Għawdxin li se nkompli ninkoraġġixxi inizjattivi ġodda fil-Parlament Ewropew u f’oqsma oħra biex iż-żgħażagħ f’Għawdex joħolqu proġetti żgħar li joħolqu impjiegi ġodda f’Għawdex.’

L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Aqra Aktar

IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI
Aqra Aktar

JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR
Aqra Aktar

IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX
Aqra Aktar

L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM
Aqra Aktar

TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA
Aqra Aktar

L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK
Aqra Aktar

TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015
Aqra Aktar

TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA
Aqra Aktar

IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI
Aqra Aktar

€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON
Aqra Aktar

ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA
Aqra Aktar

IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG
Aqra Aktar

X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?
Aqra Aktar

TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA
Aqra Aktar
Post a comment