Il-Gvern Pollakk qed jintalab jagħti garanziji u eżempji konkreti tal-progress fl-indipendenza tal-ġudikatura. Din it-talba saret dwar il-proċedura li nfetħet kontrih mill-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru 2017 li skont it-Trattat tal-UE tippenalizza lil Polonja billi fost oħrajn ittellifha d-dritt tal-vot.

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans u l-Ministri tal-Istati Membri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej bagħtu dan il-messaġġ lil Polonja meta ltaqgħu Brussell kmieni din il-ġimgħa.

Il-Ministru Franċiża Nathalie Loiseau qalet li ż-żmien li ngħatat il-Polonja biex tirranġa l-affarijiet għadda. Il-Kummissjoni Ewropea f’Diċembru kienet tat lill-Gvern Pollakk tliet xhur biex jaddotta ir-rakkomandazzjonijiet tagħha fuq l-indipendenza tal-ġudikatura.

Timmermans qal li sar progress iżda mhux biżżejjed għax fadal tħassib fuq ċerti riformi. Il-Polonja qed tintalab tiċċara s-sitwazzjoni sas-26 ta’ Ġunju fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ewropej li jmiss. F’din il-laqgħa l-Kummissjoni u l-Ministri jiddeċiedu bejn żewġ għażliet – li tiġi konkluża l-proċedura kontra l-Polonja f’każ ta’ progress tanġibbli jew li l-proċedura tidħol fil-fażi li jmiss u timxi lejn sanzjonijiet kontra l-Polonja jekk il-pajjiż jibqa’ jikser il-valuri fundamentali tal-UE.

F’każ li jseħħ it-tieni xenarju l-Polonja u l-Kummissjoni jippreżentaw l-argumenti tagħhom u jinfetaħ djalogu ieħor.

IR-RENJU UNIT IWISSI DWAR AKTAR ATTAKKI ATROĊI MILL-ISIS FL-EWROPA

Ir-Renju Unit qed iwissi dwar aktar attakki kumplessi u aktar atroċi mill-ISIS fl-Ewropa u qed jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ...
Read More

MA JAQBLUX MAL-PROPOSTI TAL-KE DWAR IL-BAĠIT

Bosta stati membri pprotestaw kontra l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tnaqqas il-baġit għal qasam tal-biedja u l-politika ta’ koeżjoni għal baġit 2021-2027 ...
Read More

TRID TAGĦTI GARANZIJA DWAR L-ISTAT TAD-DRITT SA ĠUNJU

Il-Gvern Pollakk qed jintalab jagħti garanziji u eżempji konkreti tal-progress fl-indipendenza tal-ġudikatura. Din it-talba saret dwar il-proċedura li nfetħet kontrih ...
Read More

JIMBLOKKAW DIKJARAZZJONI TAL-UE KONTRA L-AMBAXXATA AMERIKANA F’ĠERUSALEMM

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u l-Ungerija imblokkaw dikjarazzjoni tal-UE li kienet tikkritika t-trasferiment tal-Ambaxxata Amerikana għal Ġerusalemm jumejn qabel seħħet l-inawgurazzjoni ...
Read More

TRASPORT EFFIĊJENTI ESSENZJALI GĦAT-TKABBIR U L-IŻVILUPP FL-EWROPA

It-tkabbir u l-iżvilupp ikunu diffiċli li jseħħu mingħajr sistema ta’ trasport tajba mifruxa mar-reġjuni kollha tal-UE, qal Alfred Sant fil-Parlament ...
Read More

ĊEKI JAQILGĦU TLIET DARBIET AKTAR FIL-ĠERMANJA

Kumpaniji Ċeki fil-Lbiċ tal-pajjiż mhux qed isibu biżżejjed ħaddiema għax ir-residenti li jgħixu ħdejn il-fruntiera, jippreferu jmorru l-Ġermanja biex jaħdmu ...
Read More

L-EBDA SINJAL MINN RUMA DWAR IR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

L-Ambaxxaturi uffiċċjali tal-pajjiżi tal-UE ma rnexxilhomx jaqblu b’mod unanimu fuq il-finanzjament ta’ €3 biljun għar-refuġjati fit-Turkija. “Ħsibna li stajna naqblu”, ...
Read More

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA

Ċifri maħruġa mill-UNICEF jistmaw li 5.4 miljun immigrant tifel u tifla jgħixu fl-Ewropa waqt  li 32, 039 tifel u tifla ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment