Matul is-sessjoni plenarja ta’ dan ix-xahar, il-Membri Parlamentari Ewropej għaddew emenda mressqa mill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi. Din l-emenda titlob biex issir analiżi tas-sistema tal-kwoti tat-tonn, sistema li fil-preżent tippenalizza is-sajd tradizzjonali u tħalli monopolju f’idejn is-sidien tal-bastimenti l-kbar. L-emenda titlob għal sistema ta’ sajd li tinkoraġġixxi aktar sajd tradizzjonali sostenibbli.
Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija fl-S&D ivvota favur din l-emenda waqt li sostna li l-Unjoni Ewropea għandha tibdel il-politika tagħha dwar is-sajd biex tħares l-għixien u d-dħul ekonomiku tal-komunitajiet tradizzjonali tas-sajd, speċjalment f’reġjuni iżolati u fil-periferija tal-Ewropa u pajjiżi żgħar bħal Malta u Għawdex, fejn is-sajd isir fuq skala żgħira, mill-familji stess. Fl-aħħar snin l-UE ma tatx attenzjoni biżżejjed tas-sajjieda tradizzjonali u dawk li jaħdmu bħala familja, u kif ġara f’Malta, il-qligħ tagħhom naqas u anki naqsu fil-għadd.
Dr Sant qal li permezz tar-rapport dwar il-Pjan għal Kontroll tat-Tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran, inħolqot opportunita` oħra biex l-UE turi li lil hinn mill-parteċipazzjoni għall-konservazzjoni tal-ħut; lil hinn mill-implimentazzjoni ta’ regoli maqbula, l-Unjoni għandha obbligu ieħor: dak li tipproteġi l-komunitajiet tradizzjonali tas-sajd, speċjalment f’żoni iżolati jew li qegħdin fil-periferija tagħha.
Dr Sant qal li l-akwakultura bħala sors ieħor għal konsum hija xi ħaġa tajba. Imma ekonomikament u soċjalment, ma toffri l-ebda kumpens għat-telf tas-sajd tradizzjonali. Jeħtieġ aktar appoġġ biex jinħoloq qafas għas-sajd fuq skala żgħira li jsir mis-sajjieda tradizzjonali. ‘Ninsisti li din tingħata prijorita`, qabel ma jseħħ aktar telf kemm fin-numru tas-sajjieda u kemm fir-riżorsi tagħhom.’ emfasizza Dr Sant.
Malta u l-Unjoni Ewropea NL32
Read More
L-IMMIGRAZZJONI : PRIJORITÀ TAL-PRESIDENZA OLANDIŻA
Read More
IL-KOEŻJONI POLITIKA BŻONNJUŻA GĦALL-ISFIDA TAL-IMMIGRAZZJONI
Read More
ĦAMES PAJJIŻI JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI TAX-‘SCHENGEN’
Read More
EFFETTI NEGATTIVI BIL-KONTROLLI TAL-FRUNTIERI
Read More
L-ITALJA : ‘MNEJN ĠEJJIN €3 BILJUN GĦAT-TURKIJA?’
Read More
PJAN TA’ AZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU
Read More
GŻEJJER ŻGĦAR DIFFERENTI MILL-PAJJIŻI ĊENTRALI TAL-EWROPA
Read More
JIŻDIEDU L-INUGWALJANZI SOĊJALI
Read More
MEĦTIEĠA ANALIŻI STRATEĠIKA TAL-PROĠETT EWROPEW
Read More
TIŻDIED L-INFLAZZJONI FIŻ-ŻONA EWRO
Read More
TRID TINBIDEL IL-POLITIKA TAS-SAJD
Read More
L-OBESITA’: PRIJORITA’ TAL-PRESIDENZA MALTIJA
Read More
ĊIFRI DWAR BRUSSELL
Read More
Post a comment