Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija għall-UE.

‘It-Turkija hija sieħeb importanti tal-Bulgarija u tal-UE fl-oqsma tal-immigrazzjoni, is-sigurta` u kontra t-terroriżmu.” qal Tzantchev bla ma għamel riferenza għas-sħubija tat-Turkija fl-UE.

Fl-istess ġranet Jean Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea għamilha ċara li t-taħditiet għas-sħubija Torka mhux se jkunu fuq il-mejda tad-diskussjonijiet.

“It-Turkija qed tieħu deċiżjonijiet li jbegħduha mill-UE. Jekk trid tersaq lejn l-UE nistgħu ngħinuha, imma taħt iċ-ċirkostanzi attwali sħubija ma ssir qatt” qal Juncker lil stazzjon televiżiv Bulgaru.

Aktar qabel il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li trid titneħħa l-ipokreżija tal-prospett tal-progress tad-dħul tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea u minflok semma’ l-possibilta` ta’ diskussjonijiet ta’ ‘partnership’ bejn l-UE u t-Turkija fi tmiem laqgħa li kellu mal-President Tork Erdogan f’Pariġi.

It-Turkija arrestat 50,000 persuna u 150,000 għalliema, ġurnalisti u mħallfin tkeċċew jew jinsabu sospiżi mix-xogħol.

It-Turkija hija pajjiż Iżlamiku, relattivament pajjiż fqir u b’popolazzjoni ta’ 80 miljun ruħ.  Sħubija tat-Turkija fl-UE tfisser li ssir l-akbar stat membru tal-UE, akbar mill-Ġermanja. Fl-aħħar snin żvolġew, b’ritmu kajman, it-taħditiet tas-sħubija Torka, imma fil-kuriduri tal-poter fl-istituzzjonijiet Ewropej qatt ma kien hemm entużjażmu għall-applikazzjoni Torka.

TKABBIR TAL-UE FL-2025

L-UE mistennija twiegħed dħul ta’ stati membri ġodda fis-sena 2025 bil-kandidati ewlenin ikunu s-Serbja u l-Montenegro. Pajjiżi oħra tal-Balkani bħal ...
Read More

TRID TISPIĊĊA L-IPOKRESIJA DWAR IT-TURKIJA

Il-Presidenza Bulgara tal-UE fl-ewwel sitt xhur tas-sena tista’ ttejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija skont Dimiter Tzantchev, ir-rappreżentant permanenti tal-Bulgarija ...
Read More

L-ISFIDI TA’ MALTA FL-IMMANIĠJAR TAL-ISKART

Alfred Sant faħħar l-impenn tal-Gvern għall-inizjattivi li jagħtu spinta lil Malta fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart u qal li dan is-settur jippreżenta ...
Read More

L-UE KONTRA S-SANZJONIJIET TAL-ISTATI UNITI FUQ CUBA

L-UE wiegħdet l-appoġġ tagħha fil-proċess ta’ riformi f’Cuba, mossa li tistona mal-miżuri riċenti li ħadet l-Istati Uniti bl-għan li tiżola ...
Read More

L-ISTATI MEMBRI SE JIKKONTRIBWIXXU AKTAR MINĦABBA L-BREXIT

L-Istati Membri tal-UE għandhom jikkontribwixxu aktar flus fil-baġit Ewropew, qal il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker. Bit-tluq tar-Renju Unit mistenni ...
Read More

ARTISTI GĦAWDXIN FIL-PARLAMENT EWROPEW

Erba’ artisti kontemporanji Għawdxin se jeżebixxu erbgħa u għoxrin xogħol artistiku fil-Parlament Ewropew fi Brussell bejn is-6 u d-9 ta’ ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI GĦAL FRANZA

Franza laqgħet numru rekord ta’ 100,000 applikazzjoni għall-ażil fl-2017. Franza qed taffaċċja influss ta’ immigranti b’mod regolari iżda xorta għadha ...
Read More

JIBDEL IL-MINISTRI QABEL JILTAQA’ MA’ JUNCKER

Sigħat qabel laqgħa ma’ Jean Claude Juncker, Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki għamel tibdil fil-kabinett f’mossa li ġiet interpreta li ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment