L-applikazzjoni tar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni skont it-trattati. Dawn ir-regoli jistgħu jgħinu biex jiġġieldu l-evitar tat-taxxa, iżda trid tkun imħarsa l-flessibilita` li l-istati membri għad għandhom fit-tfassil tal-politika tat-tassazzjoni tagħhom. Huwa ta’ tħassib li l-politika ta’ kompetizzjoni tal-UE tkun amministrata minn aġenzija li tiddefenixxi dil-politika, tinvestiga u tiddeċiedi l-allegati abbużi bil-poter li tiddeċiedi l-multi. Dan qalu Alfred Sant, waqt li tkellem fuq ‘Ir-Rapport Annwali dwar il-Politika tal-Unjoni għall-Kompetizzjoni’ fil-Parlament Ewropew. Dr Sant enfasizza li r-regoli tal-kompetizzjoni, speċjalment dwar l-għajnuna tal-istat, ma għandhomx ikunu applikati fuq bażi ta’ ‘one-size-fits-all’.

“Qed tikber il-ħtieġa li nagħtu importanza lil sinjali ġodda ta’ prekawzjoni. Minħabba tibdil politiku u ekonomiku kontinwu fl-Ewropa u lil hinn minnha, il-politika tal-kompetizzjoni trid tibqa’ dejjem taħt skrutinju. Jekk l-Ewropa se tkun aktar kattolika mill-Papa, qed tissogra li titlef mill-kompetittivita` tagħha fuq skala globali.” saħaq Dr Sant.

Dr Sant qal li l-politika Ewropea tal-kompetizzjoni għandha tevita li tieħu dehra frontali ma’ amministrazzjonijiet oħra.

L-MEP Malti ssottometta 18-il emenda fir-Rapport dwar il-politika Ewropea tal-Kompetizzjoni.

L-emendi saru fil-kuntest li r-regoli tal-istat ikunu mfassla apposta fuq is-servizzi ta’ natura ekonomika ġenerali, li jinkludu wkoll il-konnettivita` u t-trasport fil-gżejjer tal-Unjoni Ewropea.

 

Tista’ ssegwi l-intervent ta’ Dr Sant fuq din il-ħolqa

https://www.youtube.com/watch?v=iOAzdjOk0hQ

 

ILMA FUQ IL-ĠAMAR

Il-Viċi President Amerikan Mike Pence ipprova jserraħ moħħ Donald Tusk u Jean-Claude Juncker fi Brussell li l-Istati Uniti hija determinata ...
Read More

TKABBIR EKONOMIKU POŻITTIV FL-2017

It-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi taż-żona ewro kollha se jkun pożittiv fl-2017 għall-ewwel darba mill-kriżi tal-2008. Dan ħareġ mit-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea ...
Read More

TRID TKUN IMĦARSA IS-SOVRANITA` TAL-ISTATI MEMBRI FIT-TASSAZZJONI

L-applikazzjoni tar-regoli tal-Għajnuna tal-Istat (State Aid Rules) tal-Unjoni Ewropea fil-politika tat-tassazzjoni tirbaħ fuq is-sovranita` li l-istati membri għad għandhom fit-tassazzjoni ...
Read More

IL-ĠERMANJA, L-ITALJA U FRANZA JRIDU PROTEZZJONI MILL-INVESTIMENT BARRANI

Il-Ġermanja, l-Italja u Franza jridu aktar protezzjoni f’setturi sensittivi f’pajjiżhom u li fihom qed jinvestu pajjiżi li mhumiex membri tal-UE ...
Read More

ID-DIVERĠENZI BEJN IL-KBAR U Ż-ŻGĦAR QED JIŻDIEDU

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li r-regoli taż-żona ewro awtomatikament jagħtu vantaġġ lill-pajjiżi l-aktar b’saħħithom tal-UE bi skaptu tal-pajjiżi inqas ...
Read More

ĦIDMA DIPLOMATIKA MAL-ALĠERIJA U MAL-MAROKK 

L-UE kienet f’ħidma diplomatika mal-Alġerija u l-Marokk biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali maż-żewġ pajjiżi tal-Magreb. Fit-13 ta’ Marzu se jiġi addottat ...
Read More

FAVUR FTUĦ TAN-NEGOZJATI TA’ SĦUBIJA GĦALL-ALBANIJA

Il-Parlament Ewropew b’546 vot favur, 85 kontra u 62 astensjoni, ta l-appoġġ tiegħu biex jibdew in-negozjati għas-sħubija tal-Albanija fl-UE, bil-kundizzjoni ...
Read More

AKTAR MINN SENTEJN GĦAD-DIVORZJU MAR-RENJU UNIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li probabbilment hemm bżonn aktar minn sentejn għal qbil dwar il-miżuri li trid tieħu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment