L-uffiċċji ta’ 248 Ewroparlamentari ma nstabux. Dan ħareġ minn rapport ippubblikat minn ‘Investigative Reporting Denmark’. L-awturi tar-rapport qalu li s’issa 133 minn 748 Ewroparlamentari biss iddikkjaraw kemm iħallsu f’kera. L-Ewroparlamentari jieħdu allowance li fl-2017 laħħaq l-€4, 342 fix-xahar biex jikru u jmexxu uffiċċju fil-pajjiż nazzjonali tagħhom.
‘Investigative Reporting Denmark’ sab li parti minn dawn il-flejjes mhux jintefqu skond ir-regoli stabbiliti. Numru ta’ investigazzjonijiet fit-28 stat membru żvelaw li f’tal-inqas 42 każ, l-Ewroparlamentari qed iħallsu l-kera lill-partiti politiċi nazzjonali tagħhom jew qed iħallsuhom lil kontijiet bankarji tagħhom.
249 Ewroparlamentari qalu li ma kellhomx uffiċċju, irrifjutaw li jagħtu l-indirizz tal-uffiċċju tagħhom jew inkella l-uffiċċju tagħhom ma nstabx. L-awturi tar-rapport qalu li l-Parlament Ewropew qed jonqos milli jagħmel skrutinju fuq l-infiq ta’ dawn il-flejjes.
Skont ir-rapport, numru ta’ Ewroparlamentari qalu li jonfqu dan l-ammont kull xahar fuq tagħmir ta’ uffiċċju, internet u spejjeż oħra relatati max-xogħol. Ftit minnhom qalu li jużaw parti mill-allowance biex iħallsu l-ivjaġġar tal-viżitaturi, biex jagħtu d-donazzjonijiet u biex saħansitra jagħtu ħlasijiet lil partiti politiċi nazzjonali tagħhom.
Il-ġurnalisti sabu li fil-Ġermanja, tmien Ewroparlamentari minn partiti politiċi differenti kienu s-sidien tal-bini li fih kellhom l-uffiċċji nazzjonali tagħhom. Fost dawn allegatament hemm Manfred Weber, iċ-ċermen tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew.

IS-SALTNA TAD-DRITT F’MALTA HIJA ĦAJJA U B’SAĦĦITHA
Read More

DEHRA ĠDIDA GĦALL-ASSEMBLEA NAZZJONALI FRANĊIŻA
Read More

FID-DUBJU N-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More

UFFIĊĊJI ‘FANTAŻMA’
Read More

FOND KOMUNI GĦALL-QASAM TAD-DIFIŻA
Read More

L-ISTATI UNITI, IR-RUSSJA, L-UE JEĦTIEĠ JIFTEHMU DWAR IL-LIBJA
Read More

PROĠETT PILOTA GĦAR-REĠJUNI LI WAQGĦU LURA
Read More

L-UE TINFILTRA S-SUQ ASJATIKU BI FTEHIM MAL-INDJA
Read More
Post a comment