Video li juri lil mexxej tal-lemin estrem Awstrijak Heinz-Christian Strache ipartat kuntratti pubbliċi ma’ donazzjonijiet għal partit tiegħu wassal biex il-kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz isejjaħ elezzjoni ġenerali bikrija.
“Iż-żejjed kollu żejjed,” qal Kurz huwa u jispjega l-isfidi li kellu jaffaċċja huwa u jinnegozja mal-partit tal-lemin estrem li miegħu qiegħed f’koalizzjoni. Il-partit tal-lemin estrem allinea ruħu mal-partit ċentrist ta’ Kurz u flimkien kienu qed jiggvernaw l-Awstrija.
Kurz qal li minħabba differenzi ideoloġiċi bejn il-kumplament tal-partiti l-oħra fl-Awstrija u l-kriżi mal-partit tal-lemin estrem – talab lil President tal-Awstrija jsejjaħ elezzjoni bikrija fil-Ħarifa.
Il-koalizzjoni tal-Awstrija kienet qed titqies bħala eżami għal vijabilita` tal-partiti tal-lemin estrem biex jiggvernaw ma’ partiti ċentristi fl-Ewropa.
VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR
Read More
NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR
Read More
FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA
Read More
TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA
Read More
VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA
Read More
PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI
Read More
L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA
Read More
TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI
Read More
Post a comment