Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, bħala nies li nemmnu fil-futur tal-klassi tal-ħaddiema, tan-nies tax-xogħol, tal-anzjani u l-pensjonanti, taż-żgħażagħ, tas-self employed iż-żgħar, qal Alfred Sant  f’Ta’ Giorni.

‘Il-valuri tagħna  huma valuri tal-ħniena, tal-umanita`. Aħna bnedmin li nirrispettaw id-dinjita` u l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha. Dan huwa valur essenzjali li l-Partit Laburista, kemm ilu jeżisti, kien protagonist f’Malta biex jiddefendih u biex iħarsu u biex imexxih ’il quddiem  fost il-Maltin bħala parti minn soċjeta` ta’ gżira u bħala ċittadini Ewropej.’

Alfred Sant qal li valur ieħor kbir huwa l-ħtieġa ta’ aktar ġustizzja soċjali.

‘Mhux biss l-importanza li tkabbar l-ekonomija kif qed ikun hemm suċċess biha – imma wkoll li tiżgura li dak li qed jinħoloq qiegħed jitqassam skont il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali għal kulħadd skont il-bżonnijiet tiegħu u mhux għal kulħadd skont kemm jaf jaħtaf jew skont kemm hu qawwi.’

Fl-Ewropa l-ekonomija Ewropea qed tirpilja, għalkemm mhux bl-istess qawwa ta’ Malta.

‘Imma x’qed isibu ħafna ħaddiema Ewropej? Waqt li l-profitti żdiedu u l-kumpaniji sejrin tajjeb – il-prekarjat żdied, il-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu qawwi, l-anzjani u l-pensjonanti għadhom mhux qed iżommu u jsostnu l-ħeġġa tal-għixien tagħhom.’

Dan iwassal għall-valur l-ieħor tal-ġustizzja soċjali – li jkun hemm Ewropa soċjali, Malta dejjem aktar soċjali.

‘Irridu naħsbu fiż-żgħir – aħna qegħdin hemm biex naħsbu fuq kollox fiż-żgħir…mela le jagħmlu l-profitti l-kumpaniji u l-imprendituri imma mbagħad il-ġid irid jitqassam b’mod illi ż-żgħar ikun hemm warajhom gvern, partit li qiegħed iħares u jiddefendi l-interessi tagħhom. Dik hija xi ħaġa li rridu nibqgħu insostnu.’

Sant qal li l-PN ipprova joħloq firda dwar l-abort u dwar il-kanċer, meta m’hemmx firda dwar dan.

‘Qatt ma stennejt li l-PN jagħmel kapital politiku mill-marda tal-kanċer. Lili tolqotni bil-kbir għax kelli l-kanċer u għaddejt mill-problema.  Qatt ma stennejt illi xi ħaġa li ma toħloqx firda bejnietna jipprovaw imexxuha ’l quddiem fil-posters tagħhom bħala xi ħaġa li hemm għalfejn tagħmel kapital politiku minnha.’

Sant qal li l-elezzjonijiet jintrebħu b’nies tajba li jkunu qed imexxu, jintrebħu b’suċċessi kbar fil-qasam ekonomiku imma fuq kollox jintrebħu għax inkunu qed immexxu ’l quddiem il-valuri għall-ħarsien tad-difiża ta’ dawk li l-aktar għandhom bżonn ħarsien u difiża.

Isma’ d-diskors ta’ Alfred Sant fuq din il-link

https://www.youtube.com/watch?v=LIJroN-Fm58&feature=youtu.be

_0008_1img

VOT LABURISTA, VOT FAVUR IŻ-ŻGĦIR

Vot lill-kandidati tal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ta’ nhar is-Sibt huwa vot favur iż-żgħir, favur il-valuri li aħna nemmnu fihom bħala laburisti, ...
Read More
_0007_2_img

NURU LI AĦNA POPLU ĦANIN LI RRIDU PAJJIŻ AĦJAR, EWROPA AĦJAR

Fl-elezzjonijiet Ewropej irridu nagħtu sinjal ċar li rridu lil pajjiżna jitmexxa bil-valuri tal-ħelsien, tas-solidarjetà, tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, li ħadd mhu ...
Read More
_0001_gozo

FAVUR IL-VALURI, L-INTERESSI U L-BŻONNIJIET TA’ GĦAWDEX FL-EWROPA

Il-vuċi ta’ gżejjer żgħar għandu jkollha l-post tagħha fl-UE biex fil-ħames snin li ġejjin jinstabu soluzzjonijiet politiċi li jersqu lejn ...
Read More
_0000_pn-logo

TAL-PN MUTI DWAR IL-KUMMISSARJU ĠDID EWROPEW NOMINAT MINN MALTA

Diġa` għaddew ħmistax-il ġurnata u l-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għall-mistoqsija ta’ Alfred Sant jekk hux se jappoġġja n-nomina tal-Kummissarju ...
Read More
_0004_kurz

VIDEO IWASSAL GĦAL ELEZZJONI BIKRIJA FL-AWSTRIJA

Video li juri lil mexxej tal-lemin estrem Awstrijak Heinz-Christian Strache ipartat kuntratti pubbliċi ma’ donazzjonijiet għal partit tiegħu wassal biex ...
Read More
_0005_6img_1

PRIJORITA` LILL-UGWALJANZA U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

L-Ewropa għandha bżonn qalb li tħares lill-ħaddiema, lill-uliedhom, liż-żgħażagħ, lil dawk li qed jaħdmu bil-prekarjat, lill-anzjani, lil dawk l-aktar vulnerabbli ...
Read More
_0002_european-soldiers

L-UE TRID ISSAĦĦAĦ ID-DIFIŻA

L-UE wieġbet għall-akkużi tal-Istati Uniti li patt militari Ewropew ġdid jirriskja li jagħlaq il-kumpaniji Amerikani tal-proġetti ta' difiża tal-blokk u ...
Read More
_0003_weber-photo

TAL-PN JAPPOĠĠJAW LIL WEBER  BIEX TITNEĦĦA L-UNANIMITÀ DWAR TASSAZZJONI

Manfred Weber għandu l-appoġġ tal-PN biex ineħħi l-politika ta’ unanimità fil-Kunsill Ewropew dwar il-politika ta’ tassazzjoni tal-istati membri tal-UE. Din ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment