F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta  jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li tħares is-sovranita` ta’ pajjiżna. L-MEPs Maltin għandhom jiddefendu l-flessibbilita` fil-politika tat-tassazzjoni ta’ kull stat membru tal-UE u jiżguraw li l-proposti għaċ-ċentralizzazzjoni tal-politika taż-żona ewro ma jkunux ta’ detriment għal Malta.  Irridu naħdmu biex nisfruttaw kull opportunita` ġdida li tista’ tinqala’  waqt li nkomplu nopponu proposti li ma jkunux fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin. Fl-elezzjonijiet Ewropej il-poplu jeħtieġ jagħżel rappreżentanti li jiddefendu l-interess ta’ Malta.”

Sant qal li rridu naħdmu għal Ewropa soċjali li tipproteġi l-interessi taż-żgħażagħ, ħaddiema u l-anzjani. Fl-Ewropa iċ-ċittadini huma maqtugħin minn dak li jaħsbu l-mexxejja tal-partiti tradizzjonali, qed tikber l-iskuntentizza soċjali u qed jikber l-appoġġ lejn il-partiti tal-lemin estrem.

Dwar il-proposta ta’ Ewropa federali li twassal għal żona ewro ċentralizzata, Alfred Sant qal li dan mhux fl-interess ta’ Malta. Malta trid tiżgura li tkompli ssaħħaħ l-istrutturi finanzjarji tagħha u tkompli tqassam il-ġid li toħloq b’ġustizzja soċjali.

Alfred Sant qal li għandna nipproteġu l-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin li jeħtieġu l-għajnuna biex jimmodernizzaw il-ħidma tagħhom. Bis-sħubija fl-UE il-bdiewa u r-raħħala qed jiffaċċjaw kompetizzjoni inġusta . Il-bdiewa u r-raħħala jiħtiġilhom l-inkoraġġiment tal-Gvern biex il-prodotti tagħhom ikunu aktar aċċessibbli fis-suq lokali.

_0001_alfredsant-conference

 VUĊI WAĦDA  FL-EWROPA

F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li ...
Read More
orban

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE

Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni ...
Read More
_0005_emmanuel-macron

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW

Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, ...
Read More
junker-soros

JUNCKER  SKREDITAT FL-UNGERIJA

L-Ungerija ħabbret li fil-15 ta’ Marzu se twaqqaf kampanja pubbliċitarja kontra Jean-Claude Juncker u l-filantropu Amerikan George Soros li matulha ...
Read More
polish-army

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA

Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se ...
Read More
_0000_alfredsant-students

SKONNETTJATI  MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan ...
Read More
farm1

FONDI GĦALL-BDIEWA   

Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom ...
Read More
belarus

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT

Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ...
Read More