Rapport ta’ S&P jgħid li Malta, l-Irlanda u Ċipru, tliet gżejjer b’konnessjonijiet storiċi mar-Renju Unit, ikunu partikolarment affettwati bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE. S&P ibbaża l-analiżi tiegħu fuq erba’ pilastri tar-relazzjonijiet tar-Renju Unit u s-sieħba internazzjonali tiegħu:  l-esportazzjoni, finanzi, investiment dirett barrani u immigrazzjoni. Il-Lussemburgu wkoll iħoss l-impatt tal-BREXIT minħabba l-importanza tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tal-pajjiż. Ir-rapport jgħid li t-tliet pajjiżi gżejjer iħossu l-effetti negattivi minħabba spejjeż ogħla ta’ esportazzjoni u l-possibilita` ta’ anqas investiment dirett Brittanniku.

Dan ir-rapport ħareġ fl-istess waqt li żdied il-paniku f’Downing Street meta bdew joħorġu r-riżultati tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika fir-Referendum tat-23 ta’ Ġunju. Il-gvern Ingliż qed iżid id-doża biex jikkonvinċi lill-elettorat jibqa’ fi ħdan l-UE. Sa issa ż-żewġ movimenti kienu kważi ras imb’ras bil-miżien ġie jxaqleb lejn dawk li jridu joħorġu mill-UE.

Ir-rapport juri li Malta hija waħda mill-aktar pajjiżi li l-aktar qed tfittex tagħrif online dwar l-effetti li jista’ jħalli BREXIT fuqha.  Fl-aħħar jiem f’Malta u f’Għawdex l-attenzjoni pubblika kompliet tiffoka aktar fuq dan ir-Referendum.  Ħafna qegħdin jistaqsu x’jaqblilha Malta? Li r-Renju Unit jibqa’ membru fl-UE jew li joħroġ mill-UE?

Bir-Renju Unit barra mill-UE, żgur li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit ma jibqgħux daqstant b’saħħithom, għall-anqas għall-bidu. Żgur li għall-ewwel, l-ekonomija Maltija tkun affettwata, l-aktar it-turiżmu Ingliż lejn pajjiżna.

Bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, tonqos is-saħħa politika favur is-settur tas-servizzi finanzjarji liberali kif nafuhom sa issa. Malta għandha interessi simili għal dawk tar-Renju Unit, bħal fit-tmexxija tal-VAT. L-appoġġ tar-Renju Unit f’dawn l-oqsma żgur jinħass, l-aktar dwar l-argumenti li qed tressaq il-Kummissjoni Ewropea favur l-armonizzazzjoni tat-taxxi.

Il-Ġermanja u Franza ikomplu jkabbru l-influwenza tagħhom fuq il-politika Ewropea bin-nuqqas tar-Renju Unit. Dawn jimbuttaw aktar l-interessi tal-Ewropa Ċentrali bil-konsegwenza li jkomplu jikbru d-diverġenzi ekonomiċi li jeżistu bejn iċ-ċentru u s-Sud tal-Ewropa.

Irrispettivament x’jaqbel għal Malta, il-Brittanniċi se jiddeċiedu l-futur tagħhom u tal-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Ingliż Cameron issa nduna li anke l-Partit Laburista mhux se jiġbor il-voti mistennija minnu. Jista’ jkun li l-polls mhumiex jagħtu stampa veritjiera tal-opinjoni pubblika? Ħaġa waħda hi ċerta. Dan huwa l-ewwel pajjiż tal-UE li qed jagħmel referendum biex jiddeċiedi l-futur tiegħu fl-UE. Il-polls qed juru li kważi nofs il-popolazzjoni Brittannika trid titlaq mill-UE wara 43 sena ta’ sħubija fl-UE.

Unjoni Ewropea mingħajr ir-Renju Unit ma jaqbilx għal Malta

BIDU IMBARAZZANTI GĦAL UEFA 2016

SUPER VICTOR, il-maskot uffiċċjali tal-UEFA 2016 kellu bidu imbarazzanti meta sar magħruf li dan l-isem jirreferi wkoll għal ġugarell sesswali ...
Read More

L-ORKESTRA EWROPEA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIBQA’ DDOQQ

Il-Kummissjoni Ewropea sabet sussidji għall-orkestra taż-żgħażagħ tal-UE sal-aħħar tal-2016, wara li kienet qablet li twaqqafha.  L-orkestra sinfonika taż-żgħażagħ tnediet fl-1976 ...
Read More

TKOMPLI S-SAGA TAL-GLYPHOSATE

Il-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-Kumitat tal-Appell fit-23/24 ta’ Ġunju dwar l-użu tal-bexx glyphosate. Il-glyphosate hija kimika użata fl-agrikoltura li filwaqt li ...
Read More

L-EBDA SAJD TAL-MARLOZZ QRIB TAGĦNA

Il-Kummissjoni waqqfet is-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ fil-Mediterran, f’żona bejn l-Italja, Malta u t-Tuneżija. L-għan huwa li tiżdied il-popolazzjoni tal-ħut, fosthom tal-marlozz ...
Read More

JIŻDIEDU T-TAXXI FL-AJRUPORTI EWROPEJ

Linji tal-ajru u ajruporti Ewropej mhumiex jaqblu dwar iż-żidiet li kien hemm fl-ajruporti fl-aħħar snin. L-akbar 21 ajruport fl-Ewropa, f’10 ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ SERVIZZI FINANZJARJI B’SAĦĦITHOM

Bil-mod kif qed tinbena l-Ewropa bħalissa u minħabba s-sistema ekonomika globalizzata li ngħixu fiha, l-Ewropa għandha bżonn servizzi finanzjarji b’saħħithom ...
Read More

FICO JŻOMM SOD DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico wiegħed li jkun medjatur onest hekk kif pajjiżu se jkollu l-Presidenza għas-sitt xhur li ġejjin, ...
Read More

GĦAJNUNA LIT-TUNEŻIJA U LIL-LIBJA

Il-Parlament Ewropew approva self ta’ €500 miljun lit-Tuneżija bħala assistenza finanzjarja bi ftehim mal-Fond Monetarju Internazzjonali. It-Tuneżija għadha ma rkupratx ...
Read More

L-ECON MAQTUGĦ MIR-REALTAJIET EKONOMIĊI TAL-BLIET U RĦULA EWROPEJ

Alfred Sant qal li d-deliberazzjonijiet tal-ECON, responsabbli mill-politika ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, huma wisq iggwidati mit-twemmin ta’ nies maqtugħin ...
Read More

BIEX JAQSMU ANQAS IMMIGRANTI LEJN IL-MEDITERRAN

Il-Kummissjoni Ewropea se tipprova tagħti inċentivi lil pajjiżi Afrikani u dawk tal-Lvant Nofsani bħal-Libanu u l-Ġordan biex iżommu l-immigranti f’pajjiżhom.  ...
Read More

MALTA, BĦAS-SUD TAL-EWROPA, INJORATA FIL-‘PJAN JUNCKER’

Malta, bħall-pajjiżi tal-periferija tal-Ewropa, mhumiex inklużi fil-proġetti approvati mill-Pjan Juncker. Dawn il-proġetti ttieħdu mill-pajjiżi l-kbar, l-aktar minn Franza, il-Ġermanja, l-Italja, ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI U T-TERRORIŻMU WARA L-VOT TAL-BREXIT

L-għada li r-Renju Unit jivvota dwar is-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea, se ssir diskussjoni dwar l-effetti ta’ dan il-vot fuq l-immigrazzjoni ...
Read More

X’EFFETT IĦALLI BREXIT FUQ MALTA?

Rapport ta’ S&P jgħid li Malta, l-Irlanda u Ċipru, tliet gżejjer b’konnessjonijiet storiċi mar-Renju Unit, ikunu partikolarment affettwati bil-ħruġ tar-Renju ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment