Waqt is-summit fuq il-Partnership bejn il-pajjiżi tal-Lvant – Armenia, Azerbaijan, Belarus, Georgia, Moldova u Ukraina – u l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE intlaħaq il-qbil li tiżdied il-kooperazzjoni u djalogu politiku biex ikunu indirizzati miri u sfidi komuni. Ma ssemma xejn dwar il-prospett ta’ sħubija fl-UE tal-Ukraina, Georgia u Moldova.

Id-dikjarazzjoni kienet ripetizzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Summit f’Riga fl-2015 u tirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet tal-pajjiżi tal-Lvant b’mod individwali – kull pajjiż jiddeċiedi hu l-miri u l-livell ta’ ambizzjoni li jixtieq fir-relazzjoni tiegħu mal-UE.

Il-Prim Minsitru tal-Lussemburgu Xavier Bettel qal li l-pajjiżi tal-kontinent Ewropew għandu jkollhom viżjoni li jidħlu fl-UE iżda “issa mhux il-waqt” li jingħaqdu pajjiżi ġodda.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belarus Vladimir Makei qal li l-pajjiżi tal-Lvant huma maqbudin f’battibekk bejn ir-Russja u l-UE u jixtieq li din il-konfrontazzjoni tispiċċa.

Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Lvant u l-UE tiffoka l-aktar fuq erba’ oqsma – ekonomija, governanza, konnettivita` u infrastruttura.

L-EWWEL JIĠBRU L-FATTI, IMBAGĦAD JIKKONKLUDU

Illum tasal Malta delegazzjoni tal-Parlament Ewropew biex tinvestiga s-sitwazzjoni dwar l-istat tad-dritt f’pajjiżna. Din iż-żjara qed issir fuq proposta tal-Gvern ...
Read More

L-ISTESS ŻARBUN MA JIĠIX SEW LILL-BANEK IŻ-ŻGĦAR

Alfred Sant qal lill-Kummissjoni Ewropea li l-metodu ta’ one size fits all qed iħalli impatt negattiv fuq il-banek iż-żgħar u talabha tirrevedi ...
Read More

JITLEF IL-PAĊENZJA DWAR FRODI TAT-TAXXA

Il-Kummissarju Ewropew għat-Tassazzjoni, Pierre Moscovici, ma jridx jitlef aktar ħin biex tissolva l-problema tal-frodi fit-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.  B’mod partikolari ...
Read More

ĠUDIZZJU DWAR IŻ-ŻONA EWRO  

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet l-opinjoni tagħha dwar il-baġits tat-tmintax-il pajjiż taż-żona ewro, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni hija mħassba dwar il-baġit ta’ Franza ...
Read More

L-EWROPA TRID TINDIRIZZA D-DISKREPANZI FI ĦDANHA

Il-proġett Ewropew għandu jiffoka fuq il-mudell soċjali tiegħu, imma qabelxejn għandu jindirizza d-diskrepanzi u l-kontradizzjonijiet li nħolqu bit-tkabbir tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

SPANJA FAVUR ĦABS GĦALL-POLITIĊI KATALANI

Il-Gvern Spanjol qal lil Donald Tusk u lil Jean-Claude Juncker li r-referendum Katalan ma rrispettax il-Kostituzzjoni Spanjola u għadda biss ...
Read More

JARA LIL MOSKA FIL-POLONJA

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk akkuża lil Gvern Pollakk li qed imexxi bi stil politiku li jfakkru fil-Kremlin. Tusk ...
Read More

XEJN ĠDID DWAR IL-LVANT TAL-EWROPA

Waqt is-summit fuq il-Partnership bejn il-pajjiżi tal-Lvant - Armenia, Azerbaijan, Belarus, Georgia, Moldova u Ukraina - u l-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment