Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa xettiku mill-‘kompromessi’ li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel dwar it-twaqqif ta’ tribunali speċjali li jkollhom il-poter jibdlu liġijiet tal-istati Ewropej biex jiġu aċċettati talbiet tal-kumpaniji multinazzjonali fuq il-ftehim ta’ kummerċ li qed jiġi negozjat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti. Dr. Alfred Sant, li indirizza forum tal-‘Malta Business Bureau’ fil-Belt Valletta dwar il-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, tkellem dwar proposta ta’ kompromess li qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea li jkun hemm qorti speċjali magħmula minn Imħallfin mill-UE u mill-Istati Uniti u arbitri indipendenti biex tiddeċiedi dwar it-talbiet tal-kumpaniji multinazzjonali. ‘Jien wieħed minn dawk li huma ‘xettiċi’ dwar din il-proposta ta’ kompromess’, qal Dr. Sant.

Dr. Sant qal li l-biżgħa li se tkompli tiżdied is-saħħa tal-korporazzjonijiet multinazzjonali fis-swieq internazzjonali bil-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti qed iżżid l-oġġezzjonijiet għall-mod kif l-Istati Uniti qed tipproponi li ssolvi kwistjonijiet li jinqalgħu bejn l-istati membri u l-investituri.

Bħalma jsir is-soltu fuq proposti biex ikun liberalizzat il-kummerċ u l-investiment, qed issir enfasi fuq il-benefiċċji tal-proposti. Waqt li qed issir il-kritika li l-aqwa li se jmorru tajjeb bil-ftehim tal-UE mal-Istati Uniti huma l-kumpaniji multinazzjonali, minn naħa l-oħra fl-aħħar xhur bdiet kampanja ta’ relazzjonijiet pubbliċi bl-enfasi li l-industriji żgħar u medji se jgawdu mill-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Dr. Sant qal li l-ftehim tal-kummerċ bejn l-UE u l-Istati Uniti se jkun qed iressaq proposti ġodda fil-mod kif iż-żewġ naħat isegwu l-operat tagħhom. ‘M’għandniex inkunu sorpriżi li qed jitressqu ċerti oġġezzjonijiet. Gruppi fl-Ewropa u fl-Istati Uniti qed jibżgħu li se jkunu eliminati proċeduri eżistenti fuq tħejjija ta’ ikel, testijiet fuq mediċini u l-esplorazzjoni tal-gass, kif ukoll li jintilef l-aċċess privileġġjat għal akkwisti pubbliċi fl-Istati Uniti u s-sussudji agrikoli fl-Ewropa.’ Qal Dr. Sant.

Il-laqgħa kienet indirizzata wkoll mill-MEPs Miriam Dalli u Roberta Metsola

IS-SAGA TAL-GREĊJA TKOMPLI

Il-Partit Syriza reġa’ rebaħ l-elezzjonijiet fil-Greċja u l-mexxej Alexis Tsipras reġa’ kiseb l-appoġġ tal-poplu għal mandat ieħor. Rebħa qarsa għax ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI L-AKBAR UĠIGĦ TA’ RAS GĦALL-POPLI EWROPEJ

L-immigrazzjoni hija l-akbar uġigħ ta’ ras għall-popli ewropej, skont stħarriġ tal-Eurobarometer ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea. L-istħarriġ sar bejn is-16 u s-27 ...
Read More

XETTIKU DWAR IL-‘PROPOSTA TA’ KOMPROMESS’ TAL-UE GĦAT-TTIP

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa xettiku mill-‘kompromessi’ li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħmel dwar it-twaqqif ta’ tribunali speċjali ...
Read More

RAĦĦALA FIL-GŻEJJER TAL-UE L-AGĦAR LI MARRU BL-EMBARGO RUSSU

Ir-raħħala tal-gżejjer u taż-żoni fil-periferija tal-Unjoni Ewropea huma fost l-agħar li ntlaqtu mill-kriżi attwali fis-settur agrikolu minħabba l-embargo Russu fuq ...
Read More

€500 MILJUN MHUX BIŻŻEJJED GĦAT-TELF TAL-BDIEWA MIS-SUQ RUSSU

Il-Membri Parlamentari Ewropej jaħsbu li l-pakket ta’ €500 miljun ewro tal-Kummissjoni għas-settur agrikolu mhux biżżejjed biex jagħmel tajjeb għat-tnaqqis fil-prezzijiet ...
Read More

SUPER MINISTRU TAL-FINANZI GĦAŻ-ŻONA EWRO

Iż-żona ewro teħtieġ governanza aħjar, teħtieġ li jkollha l-baġit tagħha. Dan jista’ jsir billi jkun hemm ministru tal-finanzi taż-żona ewro ...
Read More

QED JIKBRU D-DIVERĠENZI EKONOMIĊI F’UNJONI LI GĦANDHA L-GĦAN LI TQARREB L-EKONOMIJI LEJN XULXIN’

Il-problema fundamentali fi ħdan l-Unjoni Ewropea hija li d-diverġenzi ekonomiċi baqgħu jikbru minkejja li l-Unjoni għandha l-għan ewlieni li tqarreb ...
Read More

€235 MILJUN GĦALL-IŻVILUPP SOĊJO-EKONOMIKU LIL PAJJIŻI TAL-MEDITERRAN

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħti pakkett ta’ €235.7 miljun għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku lil pajjiżi ġirien tagħha fil-Mediterran. Minn dawn l-Eġittu se tibbenefika ...
Read More

XAHAR QABEL ELEZZJONI ĠENERALI TIRPILJA L-EKONOMIJA TAL-PORTUGALL

Xahar qabel l-elezzjonijiet fil-Portugall qed tkompli tirpilja l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż. Kompla t-tkabbir ekonomiku (+0.4% tal-PGD għat-tieni kwart tas-sena 2015) ...
Read More

FRANZA B’EKONOMIJA STAĠNATA FL-AĦĦAR TLIET XHUR

Franza hija l-uniku pajjiż fl-UE li baqa’ b’ekonomija staġnata fit-tieni kwart ta’ din is-sena. F’dan il-perijodu, l-ebda pajjiż fl-UE ma ...
Read More

PAJJIŻI ŻGĦAR ŻVANTAĠĠATI EKONOMIKAMENT GĦANDHOM IKUNU KKUMPENSATI BIL-KOMPETIZZJONI FIT-TAXXA

Il-pajjiżi żgħar fil-periferija tal-Unjoni Ewropea m’għandhomx jinżammu milli jissettjaw taxxi fuq id-dħul ta’ kumpanniji li joperaw f’pajjiżhom biex jikkumpensaw għall-iżvantaġġi ...
Read More

X’INU L-OMBUDSMAN EWROPEW?

L-Ombudsman Ewropew jinvestiga l-ilmenti kontra l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-ilmenti jistgħu jitressqu miċ-ċittadini u mir-residenti tal-pajjiżi ...
Read More

700 ĠŻIRA AKTAR MILLI MAĦSUB FL-ESTONJA

Il-kotba tal-Ġografija fl-Estonja jridu jerġgħu jinkitbu wara li stħarriġ aktar preċiż żvela kif in-numru ta’ gżejjer li jaqgħu taħt l-Estonja ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment