Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri tal-UE jaħdmu flimkien u jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom. Imwaqqfa fl-2004, il-ħidma tal-Frontex tidħol f’ħafna attivitajiet differenti. Fosthom it-twettiq ta’ operazzjonijiet fil-fruntieri esterni tal-UE permezz tal-ħaddiema u t-tagħmir tal-istess stati membri; operazzjonijiet li jistgħu jkunu sew bil-baħar, fuq l-art u anki bl-ajru. L-Aġenzija għandha r-responsabilita` li toħloq ‘standards’ partikolari ta’ taħriġ li jkunu komuni għall-istati membri kollha. Il-gwardji tal-kosta fl-UE għandhom l-istess livell ta’ tħejjija.

L-Uffiċċjali tal-Frontex jagħmlu r-riċerka tagħhom, janalizzaw informazzjoni li jkunu ġabru huma stess, anki permezz ta’ spjunaġġ fuq il-fruntieri esterni tal-UE. Huma jużaw ukoll informazzjoni mogħtija lilhom mill-istati membri kif ukoll mir-riċerka akkademika u anki mill-mezzi tax-xandir.

L-aġenzija għandha l-għan li tgħin fil-kriżijiet billi tgħin f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ, tassisti lill-istati membri meta jibagħtu lura barranin li qegħdin f’pajjiżhom b’mod illegali, taqsam l-informazzjoni tagħha mal-pajjiżi membri kollha biex ikunu infurmati dwar il-qagħda attwali fil-fruntieri u taħdem b’mod effettiv ma’ aġenziji oħra bħall-Europol kif ukoll mal-awtoritajiet tad-dwana nazzjonali biex kemm jista’ jkun ikun hemm koordinament.

F’dawn l-aħħar snin il-Frontex ħadmet fil-qrib mal-awtoritajiet tal-pajjiżi li jieħdu ħsieb il-ħarsien tal-fruntieri, l-aktar f’dawk il-pajjiżi li huma fir-rotta tal-immigranti. Bħalissa ir-rwol ta’ din l-aġenzija qed ikun diskuss wara li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret li tixtieq li l-Frontex ikollha kompetenzi ġodda. Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-uffiċċjali tal-Frontex jippersiedu l-uffiċċjali nazzjonali. Jekk din il-proposta sseħħ, din tfisser aktar tnaqqir mis-sovranita` tal-pajjiżi membri.

 

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment