L-investiment f’Għawdex, il-ħolqien tax-xogħol, il-konnettivita` bejn Għawdex, Malta u l-kontinent Ewropew, fost suġġetti oħra, se jkunu diskussi bejn Alfred Sant u Frank Psaila, espert fuq l-iżvilupp ta’ Għawdex. Setturi differenti tas-soċjeta` ċivili Għawdxija ġew mistiedna jipparteċipaw fil-Konferenza biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom fuq kwistjonijiet li jqanqlu interess. Dan se jsir waqt Konferenza bit-tema ‘Dak li jistennew l-Għawdxin mill-Ewropa’ li se ssir fil-Lukanda Calypso, Marsalforn Għawdex nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru fis-6.30pm.

Il-Konferenza qed tkun organizzata mill-fergħa Għawdxija tal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant b’kollaborazzjoni mal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D). Il-Konferenza se titmexxa minn Antoinette Falzon.

M’hemmx bżonn ta’ booking minn qabel. Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Dr Sant fuq l-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew in-numru tat-telefown 21490705.

Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza.

EWROPA FEDERALI TITFI L-VUĊI TA’ STATI MEMBRI ŻGĦAR

Id-dilemma ta’ stati membri żgħar fil-periferija tal-UE bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda u d-Danimarka hija li waqt li hu fl-interess tagħhom ...
Read More

TASSAZZJONI : PARIĠI U WASHINGTON MA JAQBLUX DWAR IL-ĠGANTI TAL-INTERNET

Franza u l-Istati Uniti ma qablux dwar it-tassazzjoni fuq il-ġganti tal-Internet, minkejja li resqu lejn xulxin biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ...
Read More

IR-RENJU UNIT IĦEJJI FTEHIMIET TA’ KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI OĦRA

Ir-Renju Unit qed iħejji strateġija biex jidħol fi ftehimiet ta’ kummerċ ma’ pajjiżi oħra f’każ li ma jsirx ftehim tajjeb ...
Read More

IKLA GĦALL-VISEGRAD QABEL IS-SUMMIT

L-erba’ mexxejja tal-pajjiżi tal-Visegrad – Polonja, Ungerija, Repubblika Ċeka u Slovakkja – kienu mistiedna għall-ikel fi Brussell, eżatt qabel is-summit ...
Read More

AKTAR ŻMIEN GĦALL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Kumitat tal-Ekonomija u l-Finanzi tal-Parlament Ewropew (ECON) ivvota favur emendi li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipposponi d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni ...
Read More

X’JISTENNEW L-GĦAWDXIN MILL-EWROPA?

L-investiment f’Għawdex, il-ħolqien tax-xogħol, il-konnettivita` bejn Għawdex, Malta u l-kontinent Ewropew, fost suġġetti oħra, se jkunu diskussi bejn Alfred Sant ...
Read More

IĊ-ĊEKI MA JRIDUX L-EWRO

L-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka fl-20 u l-21 ta’ dan ix-xahar se jiddiżappuntaw lill-President tal-KE Juncker li saħaq li jixtieq lill-istati membri ...
Read More

200,000 IMMIGRANT GĦALL-ĠERMANJA

Il-Ġermanja se tibda tieħu 200,000 immigrant fis-sena. Dan minkejja li l-pajjiż diġa` laqa’ miljun refuġjat fl-2015. Il-Partit Demokristjan ta’ Angela ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment