Is-sena 2017 se tkun determinanti fuq bosta fronti fil-qasam politiku u fit-tmexxija tal-UE. Uħud mill-isfidi għas-sena l-ġdida huma prevedibbli bħal Brexit, il-konfrontazzjoni mar-Russja, it-terroriżmu, l-immigrazzjoni, il-Greċja u l-andament tal-ekonomija u r-relazzjonijiet mal-Istati Uniti.
Bil-proċess tal-Brexit, li mistenni jibda f’Marzu li ġej, inevitabbilment l-enerġija tal-istituzzjonijiet ċentrali Ewropej se tkun indirizzata lejn dawn in-negozjati f’tellieqa kontra l-ħin biex il-proċess jitlesta mingħajr dewmien.
Il-qasam tal-ekonomija u l-politika tat-tmexxija fiż-żona tal-ewro jaf ikollu żviluppi interessanti. Min-naħa l-populiżmu qed jirrifletti d-dwejjaq tal-Ewropej għat-tmexxija ekonomika preżenti li turi x-xewqa għal bidla. Min-naħa l-oħra l-Ġermanja, bid-direzzjoni li tagħti, trewwaħ lejn il-prudenza fit-tmexxija finanzjarja li qed iżżomm l-ekonomiji Ewropej milli jirrankaw. Tgħid għad naraw bidla fid-direzzjoni tal-Ġermanja?
Sfida oħra hija dik favur ħidma bis-serjeta` lejn konverġenza ta’ kondizzjonijiet soċjali u ekonomiċi fil-pajjiżi differenti. Sa issa l-applikazzjoni ta’ tip ta’ politika l-istess għal kulħadd – bl-istess regoli, qed iżżid id-diverġenzi. Bidla tirrikjedi lill-istrutturi Ewropej biex isiru aktar flessibbli.
Inqas popolari imma preżenti huma l-isfidi relatati mal-globalizzazzjoni. Rajna kif b’dinja globalizzata tista’ tinħoloq kriżi bħal dik tal-2008. L-Unjoni teħtieġ politika li tindirizza l-globalizzazzjoni fl-isfond li l-Istati Uniti se tkun qed tiżviluppa differenti taħt l-amministrazzjoni l-ġdida ta’ Trump.
Bl-elezzjonijiet f’żewġ pajjiżi ewlenin – Franza u l-Ġermanja, is-sena 2017 se twiegħed żviluppi ġodda, mhux biss fit-tmexxija ta’ dawn il-pajjiżi iżda wkoll fid-direzzjoni li se tieħu l-Unjoni f’oqsma differenti tal-politika tagħha. X’se jiġri mill-kunflitt mar-Russja? Kif se jibqgħu r-relazzjonijiet mat-Turkija? X’se jsir mill-politika komuni ta’ difiża? Se tidħol l-armonizzazzjoni fit-taxxa? Fuq kollox fl-2017 se jkun hemm ħidma favur aktar għaqda Ewropea jew se tirbaħ l-awtonomija tal-pajjiżi?
Dawn huma kollha żviluppi li se jiddeterminaw il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea.

X’SE ĠĠIB MAGĦHA S-SENA 2017?
Read More

PAJJIŻI EWROPEJ FOST L-AQWA ‘TAX HAVENS’ TAD-DINJA
Read More

SE NIBQGĦU NIDDEFENDU L-INTERESSI NAZZJONALI
Read More

2,500 EWROPEW FIS-SIRJA U FL-IRAQ
Read More

KONTROLLI FUQ IVVJAĠĠAR FL-UE
Read More

JONQSU L-IMMIGRANTI MILL-BAĦAR EĠEW
Read More

L-UE TRID TKUN QRIB IĊ-ĊITTADINI
Read More

BALLU RJALI FI VJENNA
Read More
Post a comment