Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta r-raġunijiet tiegħu għala vvota kontra żewġ mozzjonijiet dwar tisħiħ tal-għodod militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li tressqu quddiem il-Plenarja. Dr Sant ivvota kontra r-rapport ‘Unjoni ta’ Difiża Ewropea’ u vvota kontra r-rapport ‘Implimentazzjoni tal-Politika ta’ Sigurta` u Difiża Komuni’. Dr Sant astjena fuq ir-roll call votes li ttieħdu fuq il-klawsoli separati taż-żewġ riżoluzzjonijiet.

‘Il-kostituzzjoni tagħna tipprojbixxi l-parteċipazzjoni f’alleanzi militari u f’għaqdiet internazzjonali involuti fil-gwerer, sakemm dawn ma jkollhomx il-permess tal-Ġnus Magħquda,’ insista l-Ewroparlamentari Malti.

Dr Sant qal li r-rapporti jibbażaw fuq il-premessa għal azzjoni Ewropea li tikkontradixxi dan l-impenn. ‘Aktar minn hekk ma naqbilx li f’dan iż-żmien partikolari l-Unjoni Ewropea ssaħħaħ id-dimensjoni militari tagħha. Din il-mossa tista’ tidher addattata għall-effetti ta’ diżintegrazzjoni tal-BREXIT iżda jista’ jkollha l-effett oppost.

Ma hemmx kostitwenza popolari biex l-UE tinbidel f’koalizzjoni militari iffinanzjata mir-riżorsi tal-baġit Ewropew. Għal darb’oħra qed naraw il-metodu l-antik ta’ “business as usual” li bih passi “żgħar ’il quddiem” jakkumulaw, imbagħad jiġu preżentati li jeħtieġu aktar integrazzjoni, li jekk ma ssirx, jiġri xi diżastru. Dan mhux mod aċċettabbli li bih għandna nifformaw l-unita` fl-Ewropa. Jien astjenejt fuq ir-roll call votes sussidjarji kollha għaliex ma kienx ikun koerenti vot f’naħa jew f’oħra fuq aspetti differenti tal-kwistjoni li għandna quddiemna. Ivvotajt kontra l-kunċett sħiħ.” qal l-Ewroparlamentari Malti.

QED IBERRAQ BEJN L-UE U T-TURKIJA

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork Omer Celik ħabbar li pajjiżu mhu se jaċċetta xejn anqas milli jkun membru sħiħ tal-UE. Dan ...
Read More

SFIDI ĠODDA GĦAL MALTA

L-iżviluppi fl-Ewropa fis-sentejn u nofs li ġejjin se jkunu qed joffru sfidi ġodda għal Malta li rridu noqogħdu attenti minnhom ...
Read More

JUNCKER: TRUMP MA JAFX KIF TAĦDEM L-EWROPA

Jean Claude Juncker qed jaħseb li bil-wasla ta’ Trump fil-White House, in-negozjati għal ftehim ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE ...
Read More

NUMRU REKORD TA’ IMMIGRANTI FUQ IX-XTUT TALJANI

In-numru ta’ immigranti li waslu fuq il-kosta Taljana f’Ottubru laħaq is-27, 500. Dan huwa livell rekord hekk kif in-numru rdoppja ...
Read More

ŻBALL LI L-UE TINFIREX LEJN ĦIDMIET MILITARI

Hu żball li l-Unjoni Ewropea tipprova tafferma l-għaqda tagħha billi tinfirex lejn ħidmiet militari. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta ta ...
Read More

IL-PRESIDENT TUNEŻIN FI BRUSSELL

Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi beda żjara fi Brussell. L-UE qed tgħid li lesta tgħin lit-Tuneżija u pajjiżi ġirien tal-Mediterran ...
Read More

IR-REGOLI TAŻ-ŻONA EWRO GĦANDHOM IKUNU RIVEDUTI

L-Ewropa għandha bżonn tagħraf li, indipendentement mill-Brexit u Trump, ir-regoli dwar l-investiment, ir-riformi strutturali u l-konsolidament fiskali jkunu riveduti. Fil-Parlament ...
Read More

KONTROLLI FUQ IL-QBID TAL-PIXXISPAD

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ħut (ICCAT) qablet fuq pjan ta’ 15-il sena biex tipproteġi l-pixxispad. Il-Kummissjoni Ewropea qablet ukoll ma’ dan ...
Read More

ANQAS ŻEBBUĠ FL-EWROPA

Il-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-sena 2016-2017 se tonqos b’10% fl-Ewropa kollha, l-aktar minħabba kundizzjonijiet klimatiċi kif ukoll minħabba attakki ta’ mard ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment