Grupp ta’ 30 assoċjazzjoni industrijali – Aegis Europe – urew tħassib dwar l-iżbilanċ enormi li l-Unjoni Ewropea għandha maċ-Ċina. Figuri riċenti tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UE juru defiċit li din is-sena jilħaq il-€180 biljun.

Kull sena, id-defiċit kummerċjali tal-Unjoni Ewropea maċ-Ċina qed jiżdied b’mod konsistenti. Fl-2015 l-Unjoni Ewropea se tkun impurtat miċ-Ċina d-doppju ta’ dak li se tkun esportat lil dan il-pajjiż. Dan ifisser żieda fl-iżbilanċ ta €45 biljun fuq l-2014.

Aegis Europe qalet li l-ħbiberija maċ-Ċina mhux bilanċjata. Iċ-Ċina għandha pjan ekonomiku. Permezz ta’ dan il-pjan tissussidja l-industrija tagħha b’biljuni ta’ ewro u tagħmel tajjeb f’kas li l-prodotti esportati jiġrilhom xi ħaġa. Iċ-Ċina għandha pjan li tespandi u tikber aktar fl-Ewropa. Għalhekk l-Unjoni Ewropea għandha taċċerta ruħha li ċ-Ċina timxi mal-liġijiet internazzjonali tal-kummerċ.

Bħalissa l-gvernijiet Ewropej jimponu tariffi fuq l-importazzjoni miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħra ġaladarba l-prezz tagħhom jitqies li jkun ħafna aktar baxx mill-valur tas-suq. Din it-tariffa tipproteġi l-merkanzija manifatturata fl-Ewropa. Iċ-Ċina trid li dawn it-tarrifi ma jibqgħux ikunu imposti fuq il-prodotti tagħha. Dan ifisser li fis-suq ikun hawn merkanzija bi prezzijiet baxxi ħafna. L-assoċjazzjonijiet tal-Industrija qed jgħidu li jekk jiġri hekk, l-industrija Ewropea taffaċċja kompetizzjoni inġusta miċ-Ċina li mbagħad se taffettwa s-settur tal-manifattura Ewropea.

Skont studju li sar mill-Istitut tal-Politika Ekonomika ta’ Washington, jekk titneħħa din it-tariffa, jistgħu jintilfu mal-3.5 miljun impjieg fl-UE. L-Ekonomija Ewropea ġġarrab telf li jlaħħaq 2% tal-Prodott Gross Domestiku. L-aktar pajjiżi li jintlaqtu huma l-Ġermanja, l-Italja, ir-Renju Unit, Franza u l-Polonja. L-aktar setturi li jintlaqtu se jkunu tal-ħadid, iċ-ċeramika, l-aluminjum, karti, ħġieġ, parts tal-karozzi u t-teknoloġija kimika u ambjentali. Dawn is-setturi kollha jagħmlu parti mill-Grupp tal-assoċjazzjonijiet industrijali – Aegis Europe. Is-setturi flimkien idawru mal-€500 biljun fi qligħ kull sena u joffru miljuni ta’ impjiegi fl-Unjoni Ewropea.

L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI

L-Istati Membri wiegħdu ħafna biex jilqgħu għall-kriżi tal-immigrazzjoni, issa qed jiġu mitluba biex iwettquhom fil-prattika jekk ma jridux li s-sitwazzjoni ...
Read More

IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI

Il-Kroazja qed titlob l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea biex tlaħħaq mal-influss ta’ eluf ta’ immigranti li jridu jgħaddu minn pajjiżha fi triqithom ...
Read More

JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ma jaqbilx li jsir Referendum ieħor jekk il-poplu tar-Renju Unit jivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewopea ...
Read More

IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX

Il-Parlament Ewropew baqa’ ma qabilx fuq pożizzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-politika soċjo-ekonomika għall-istati membri. Ir-rapport mfassal minn Dariusz Rosati (Partit Popolari ...
Read More

L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM

L-Ewropa teħtieġ politika ekonomika u finanzjarja skont l-isfidi tal-lum u ma tistax tibqa’ tiffissa fuq il-problemi li nqalgħu fl-2008. Dan ...
Read More

TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA

Il-Bank Ċentrali Ewropew irid janalizza l-għodod monetarji disponibbli f’kas li jkun hemm il-bżonn li jintervjeni b’mod aktar aggressiv. Waqt laqgħa ...
Read More

L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK

L-Unjoni Ewropea m’għandhiex tibgħat messaġġi konfliġġenti lill-banek jekk irridu niżguraw l-investimenti meħtieġa fl-Ewropa. Dan qalu l-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant ...
Read More

TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015

Id-defiċit pubbliku niżel fiż-żona ewro bejn l-ewwel u t-tieni kwart tas-sena 2015. Fit-tieni kwart ta’ din is-sena id-defiċit pubbliku kien ...
Read More

TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA

Għawdex jista’ jgawdi minn aktar fondi tal-Unjoni Ewropea li joħolqu proġetti u impjiegi ġodda għaż-żgħażagħ f’Għawdex. Jeħtieġ sforzi akbar biex ...
Read More

IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI

L-Unjoni Ewropea qed tfassal pjan għal qbil dwar gvern nazzjonali fil-Libja. Il-pjan jisħaq dwar l-importanza li kollox isir fi stadji ...
Read More

€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON

L-Unjoni Ewropea ħabbret li se tagħti għajnuna finanzjarja li tlaħħaq it-€365.5 miljuni lil erba’ pajjiżi tal-Mediterran – l-Alġerija, il-Ġordan, il-Lebanon ...
Read More

ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA

Grupp ta’ 30 assoċjazzjoni industrijali - Aegis Europe - urew tħassib dwar l-iżbilanċ enormi li l-Unjoni Ewropea għandha maċ-Ċina. Figuri ...
Read More

IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG

Il-Parlament Ewropew jeħtieġ inaqqas 5% tal-impjegati tiegħu bejn l-2013-2017, skont kif miftiehem mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea. Fl-2012 il-Parlament Ewropew kellu ...
Read More

X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?

Id-djalogu bejn l-Ewropa u l-pajjiżi Afrikani se jkun is-suġġett ewlieni fil-konferenza tal-immigrazzjoni li se sseħħ fil-Belt Valletta fil-11 u 12 ...
Read More

TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA

Meta faqqgħet it-tieni gwerra dinjija fl-Ewropa fl-1939, Madame de Florian ta’ 23 sena kellha tabbanduna d-dar tagħha fiċ-ċentru ta’ Pariġi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment