Is-suq tal-karozzi mar tajjeb fis-sena 2014, wara sitt snin għan-niżla. Il-bejgħ żdied b’5.7% – persentaġġ li jfisser 2.5 miljun reġistrazzjoni ġdida. L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifattura tal-Karozzi qalet li l-bejgħ xorta għadu ħafna inqas milli kien qabel ma faqqgħet il-kriżi fl-2008. Fis-swieq ewlenin Ewropej, Spanja kellha l-aħjar tkabbir fis-settur (+18.1%), warajha kien hemm ir-Renju Unit (+9.3), l-Italja (+4.2%) u l-Ġermanja (+2.9). Franza baqgħet l-istess (0.3%). Mill-kumpaniji kollha li jimmanifatturaw il-karozzi, ir-Renault kellha l-ikbar żieda b’13.3% ta’ reġistrazzjonijiet f’perijodu ta’ sena. Il-Volkswagen ukoll marret tajjeb b’+7.2%.

Facebook Comments

Post a comment