It-tliet istituzzjonijiet tal-UE laħqu kompromess dwar l-elementi varji tal-baġit tal-UE għall-2019, inkluża żjieda ta’ 3.2% fuq dik tal-2018.

Id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Presidenza Awstrijaka tal-Kunsill qablu fuq baġit tal-UE għas-sena d-dieħla ta’ € 165.795 biljun f’impenji totali, żjieda ta’ 3.17% meta mqabbla mal-2018. Għall-pagamenti, il-baġit huwa ta’ €148.198 biljun (+ 2.37% meta kkomparat mal-baġit tal-2018). Il-Parlament Ewropew kiseb żjidiet akbar minn dawk previsti mill-Kummissjoni għall-programm ta’ riċerka Horizon 2020 u Erasmus+ : € 150 miljun addizzjonali għall-programm ta’ riċerka Horizon 2020, li jirrappreżentaw żjieda ta’ 10% fil-baġit tal-programm meta mqabbel ma’ 2018, u €240 miljun addizzjonali għall-programm ta’ mobilità taż-żgħażagħ Erasmus +, li jirrappreżentaw żjieda ta’ 12% meta mqabbla mal-baġit annwali kurrenti.

Il-fondi li qed tingħata t-Turkija bħala għajnuna qabel tidħol membru tal-UE se jitnaqqsu b’€146.7 biljun minħabba l-problemi tal-pajjiż fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-liberta` tal-istampa.

Il-ftehim jinkludi impenji ta’ €23.3 biljun (+6% meta mqabbla mal-2018) għat-tkabbir u l-impjiegi; €12.3 biljun għal Horizon 2020; €3.8 biljun għall-Faċilità Connecting Europe; – €2.8 biljun għall-Erasmus +;  €400 miljun għall-SMEs (COSME); €350 miljun addizzjonali għall-Inizjattiva tax-Xogħol għaż-Żgħażagħ; €1.1 biljun għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (+55.85% meta mqabbel mal-2018); €533.5 miljun għall-Fond tas-Sigurtà Interna.

IT-TERRORIŻMU JERĠA’ JERFA’ RASU

L-attakk terroristiku fi Strasburgu ta’ dil-ġimgħa reġa’ qanqal biża’ li t-terroristi għad jistgħu jattakkaw bliet Ewropej bla mistenni. Dan l-attakk ...
Read More

L-EWROPA TRID TIEĦU ĦSIEB LIŻ-ŻGĦIR

Alfred Sant qal li d-dwejjaq kbar li hemm fost iċ-ċittadini fl-Ewropa ġejjin mill-fatt li ma hemmx biżżejjed ġustizzja soċjali. L-għan ...
Read More

IL-LEMIN ESTREM  JIPPENETRA FL-ANDALUSIJA

VOX,  il-Partit tal-Lemin estrem Spanjol , rebaħ 12-il siġġu Parlamentari f’Andalusija.  Dan ir-riżultat ikompli juri ż-żjieda fl-appoġġ għal-partiti nazzjonalistiċi fl-Ewropa ...
Read More

ŻJIEDA TA’ 3.2% FIL-BAĠIT EWROPEW

It-tliet istituzzjonijiet tal-UE laħqu kompromess dwar l-elementi varji tal-baġit tal-UE għall-2019, inkluża żjieda ta' 3.2% fuq dik tal-2018. Id-delegazzjoni tal-Parlament ...
Read More

JINNEGOZJAW L-ENERĠIJA BL-EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq issaħħaħ ir-rwol tal-ewro fix-xena internazzjonali permezz ta’ użu usa’ tal-munita fis-swieq internazzjonali tal-enerġija.  Il-kont tal-enerġija annwali tal-UE, ...
Read More

SPANJA BL-AKTAR IMMIGRANTI

L-ikbar għadd ta’ immigranti din is-sena daħlu fi Spanja u mhux l-Italja. Dan ħareġ mir-rapport tal-ISMU (fondazzjoni li tispeċjalizza fuq ...
Read More

IN-NATO KONTRA ARMATA TAL-KOSOVO

Id-deċiżjoni tal-Kosovo li ddawwar il-forzi tas-sigurta` tagħha f’armata hija “deċiżjoni li qed tittieħed f’ħin ħażin” u hija “fattur ikkumplikat” qalet ...
Read More

TRASPORT B’XEJN FIL-LUSSEMBURGU

Il-Lussemburgu se jsir l-ewwel pajjiż bi trasport pubbliku b’xejn. Fil-pajjiż qed jinħoloq gvern ta’ koalizzjoni bil-wegħda li jelimina n-nollijiet kollha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment