Alfred Sant, Head of the Maltese Delegation at the European Parliament, encouraged Maltese to visit Gozo during the festive season to enjoy the various Xmas attractions in various parts of the island. Dr. Sant praised the various government and private sector initiatives to promote Gozo as a tourist destination during this time of the year. ‘Gozo’s unique characteristics should be safeguarded and promoted to attract the attention of thousands of Maltese and foreign visitors’, said Dr. Sant during a visit to the Nativity village in the small village of Għajnsielem. Dr. Sant toured this live crib with the participation of 150 volunteers who animate this Christmas crib. Various actors, including a couple with their new born baby, representing Mary and Joseph and Baby Jesus in the Village’s manger came forward to Dr. Sant and thanked him for his support. Dr. Sant praised the enthusiasm and hard work of the volunteers which, he said, is essential for the success of this seventh edition of Bethlehem f’Għajnsielem.
The Nativity village will include re-enactments of the ‘trip’ from Nazareth to Bethlehem of Joseph and Mary as well as the Adoration of the Magi on 03 January when the three Wise Men will depart on horseback from Malta. They will board the Gozo Channel ferry before making the triumphal entrance to the nativity village. Thousands of Maltese and foreign visitors are expected to cross over from Malta to Gozo to admire the creative artistic and technical skills of Gozitans who set up various cribs all over the island.

Maltese Version – ALFRED SANT IĦAJJAR LILL-MALTIN IŻURU GĦAWDEX F’DAWN IŻ-ŻMENIJIET TA’ FESTI

Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, ħajjar lill-Maltin biex jaqsmu lejn Għawdex f’dawn iż-żmenijiet ta’ festi biex igawdu l-attrazzjonijiet tal-Milied madwar il-gżira Għawdxija. Dr. Sant faħħar l-inizjattivi tal-gvern u tal-privat biex jippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni turistika f’dan iż-żmien tas-sena. ‘Il-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex għandhom jiġu imħarsa u jkunu gawduti minn eluf ta’ Maltin u turisti’, qal Dr. Sant waqt żjara li għamel lil Bethlehem f’Għajnsielem fir-raħal żgħir ta’ Għajnsielem. Dr. Sant żar dan il-presepju ħaj bis-sehem ta’ 150 voluntier li janimaw dan il-presepju ħaj. Bosta atturi, inkluż koppja żagħżugħa b’tarbija tat-twelid li kienu qed jirrappreżentaw lill-Madonna u lil San Ġużepp u lil Ġesu’ Bambin, resqu lejn Dr. Sant u rringrazzjawh tal-presenza tiegħu fosthom u tal-appoġġ.
Dr. Sant faħħar l-entużjażmu u d-dedikazzjoni ta’ dawn l-atturi li, qal, huwa essenzjali għas-suċċess ta’ din is-seba’ edizzjoni ta’ Bethlehem f’Għajnsielem. Il-villaġġ tan-Nativita’ jinkludi ‘re-enactments’ tal-vjaġġ minn Nazareth lejn Bethlehem minn San Ġużepp u l-Madonna. Se jkun hemm ukoll il-wasla tat-Tliet Slaten Maġi fit-3 ta’ Jannar li jitilqu biż-żwiemel minn Malta biex jaqsmu bil-Gozo Channel għad-daħla trijonfali f’dan il-presepju enormi. Eluf ta’ Maltin u turisti mistennija jaqsmu minn Malta lejn Għawdex biex jammiraw il-ħila kreattiva ta’ mijiet ta’ Għawdxin li jtellgħu bosta presepji fi nħawi differenti tal-gżira.

Facebook Comments

Post a comment