Former Prime Minister and Maltese MEP Alfred Sant today met carnival enthusiasts in Marsa who year in year out give their energy and their artistic creativity to produce carnival floats which claim the admiration of thousands of Maltese and tourists who visit Malta during the Carnival season.
The Maltese MEP said that the damage caused by last week’s storms confirms the need for the proposed Carnival village that will enable carnival enthusiasts to create and store their floats in a safe place.

Maltese Version – ALFRED SANT IŻUR DILETTANTI TAL-KARNIVAL

Illum fil-Marsa Alfred Sant żar artisti li sena wara l-oħra joħolqu karrijiet tal-Karnival u esprima l-appoġġ tiegħu għad-dilettanti tal-karrijiet li jagħti l-ħila artistika, ħinhom u l-enerġija tagħhom matul is-sena biex jiżguraw li jkollom karrijiet tal-aqwa livell artistiku fil-Karnival. Dawn il-karrijiet, qal Alfred Sant, saru attrazzjoni għal eluf kbar ta’ Maltin u barranin li jżuru Malta fl-istaġun tal-Karnival.
L-MEP Laburista qal li l-villaġġ tal-Karnival se jkun qed itaffi ħafna mit-tbatija u ħsarat żejda li ilhom isofru l-karrijiet kif ġara fi tmiem il-ġimgħa l-oħra. Id-dilettanti tal-karrijiet kienu ilhom sena wara l-oħra jitolbu li jinbena dan il-Villaġġ li mistenni jitlesta lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla.