Maltese MEP Alfred Sant visited nesting boxes in Ta’ Qali installed with the aim of breeding species in the Maltese islands. ‘Project Bejta’ has been launched by Kaċċaturi San Ubertu (KSU) with the aim of breeding various birds including Swift, Pallid Swift, Spanish Sparrow, Tree Sparrow, Swallow, House Martin, Grey Wagtail, Spotted Flycatcher, Starling, Common Kestrel and the Peregrine Falcon.
400 manmade nesting boxes have been installed in several locations around the Maltese islands.
San Ubertu officials told the Maltese MEP that have already recorded the first three successful breeding records in Malta of Spotted Flycatchers in manmade nesting boxes where four fledglings have been recorded.
The Maltese MEP lauded Kaċċaturi San Ubertu for this initiative. Such initiatives present a positive image of local hunters and counters negative connotations related to hunters in Malta and Europe. The Maltese MEP said he fully understands the frustration of Maltese hunters who feel discriminated when compared to other hunters in Europe. But the Maltese government signed the contract with the present conditions when Malta joined the EU. These rules cannot be reversed and it’s not fair to create false hopes.
“I will never give false hopes to hunters,”. said Alfred Sant.
KSU officials and members contribute voluntary work involving educational lectures related to ornithology, hunting laws, Natura 2000, gun safe handling, agro-tourism and matters related to the official hunting body the Wild Birds Regulation Unit (WBRU). They have also initiated a tree planting pilot scheme as part of a national afforestation initiative. KSU members have this year planted 450 indigenous trees, sponsored by government, on their private property.
The installation, maintenance and monitoring of these nest boxes is being carried out by KSU volunteers.
Mark Mifsud Bonnici, President, Nyal Xuereb, Secretary and Eman Portelli and Marcus Camilleri were present during the meeting.

Maltese Version – ALFRED SANT IŻUR BEJTIET ARTIFIĊJALI F’TA’ QALI

Alfred Sant żar bejtiet artifiċjali f’Ta’ Qali maħsuba li jiżdiedu l-ispeċi ta’ għasafar li jkollhom il-friegħ f’Malta. ‘Project Bejta’ kien mniedi mill-Kaċċaturi San Ubertu (KSU) bl-għan li aktar għasafar ikollhom il-friegħ f’Malta inkluż Rundun, Għammiel tal-Bejt, Ġaħġaħ, Ħuttafa, Ħawwiefa, Zakak tad-Dell, Żanżarell tat-Tikek, Sturnell, Spanjulett u l-Bies.
400 bejta artifiċjali ġew installati f’postijiet differenti fil-gżejjer Maltin.
Uffiċċjali ta’ San Ubertu spjegaw lil Alfred Sant MEP li għall-ewwel darba f’Malta żanżarell bit-Tikek kellu erbat ifriegħ f’bejta artifiċjali.
Alfred Sant faħħar lil Kaċċaturi San Ubertu għall-inizjattiva tagħhom. Inizjattivi bħal dawn jagħtu dehra pożittiva lil kaċċaturi lokali li tegħleb il-konnotazzjonijiet negattivi relatati mal-kaċċaturi f’Malta u fl-Ewropa. Qal li jifhem mija fil-mija l-frustrazzjoni tal-kaċċaturi Maltin li jħossuhom diskriminati meta mqabbla ma’ kaċċaturi fl-Ewropa. Iżda l-Gvern Malti fl-2004 kien iffirma kuntratt bil-kundizzjonijiet preżenti tal-kaċċa meta Malta daħlet fl-UE. Dawn ir-regoli ma jistgħux jitreġġgħu lura u mhux ġust li tinħoloq tama falza.
“Jien qatt mhu se nagħti tama falza lill-kaċċaturi,” qal Alfred Sant.
Uffiċċjali tal-KSU u l-membri tagħha jikkontribwixxu f’xogħol volontarju li jinvolvi lekċers edukattivi relatati mal-ornitoloġija, liġijiet tal-kaċċa, Natura 2000, l-użu bla periklu tas-senter, turiżmu agrarju u oqsma oħra relatati mal-entita’ uffiċċjali tal-kaċċa il-Wild Birds Regulation Unit (WBRU). Huma qed iwettqu wkoll skema pilota ta’ tiżrigħ tas-siġar bħala parti minn inizjattiva ta’ afforestazzjoni nazzjonali. Il-membri tal-KSU f’din l-aħħar sena żergħu mal-450 siġra indiġena, sponsorjata mill-gvern, fuq artijiet privati.
L-installazzjoni, il-manteniment u l-monitoraġġ ta’ dawn il-bejtiet artifiċjali qed issir mill-voluntiera tal-KSU.
Kienu preżenti Mark Mifsud Bonnici, President, Nyal Xuereb, Segretarju u Eman Portelli u Marcus Camilleri.