Former Prime Minister Alfred Sant said it is crucial for the Maltese and Gozitans to elect representatives who place Malta’s interests first and foremost at the forthcoming European elections. Malta will face a difficult scenario in the European Parliament in the next five years, even tougher than it was during the past five years. Malta’s taxation system will be under attack.

Dr Sant said Malta’s sovereignty on taxation matters has been crucial to spark the economic growth without precedent since Independence during recent years under a Socialist government.

“During the last European Parliament Legislature we opposed financial proposals which erode the flexibility to set our taxation policy.”
These proposals are detrimental to our economy. Malta needs this flexibility to attract new investments, said Dr Sant.
“Unfortunately the PN MEPs’ behaviour at the European Parliament encouraged criticism and attacks on Malta’s soverignty and served the interests of those putting forward proposals harmful to Malta. It was shameful for the PN MEPs to lend their support to other foreign MEPs’ vicious attacks on Malta.”

Alfred Sant said each MEP should work with diligence, honesty and committment. This is the only way to compensate for the small number of MEPs representing Malta at the European Parliament.

Maltese Version – KRUĊJALI LI JKOLLNA DEPUTATI LI JPOĠĠU L-INTERESSI TA’ MALTA

Se jkun kruċjali għall-Maltin u l-Għawdxin li fil-Parlament Ewropew ipoġġu deputati li tassew u l-ħin kollu jpoġġu l-interessi ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox. Fil-Parlament matul il-ħames snin li ġejjin, is-sitwazzjoni se tkun aktar iebsa għal Malta milli diġà kienet matul l-aħħar mandat. Taħt attakk, se tibqa’ tkun is-sistema li biha Malta tissettja t-tassazzjoni tagħha. Din sa issa kienet kruċjali biex pajjiżna, taħt gvern soċjalista, ikebbes tkabbir ekonomiku bla preċedent mill-Indipendenza lil hawn, titjib li baqa’ għaddej għal numru ta’ snin u għadu sejjer. Fl-aħħar snin, kellna nopponu bil-qawwi proposti finanzjarji li huma ta’ detriment għall-ekonomija tagħna għax tnaqqsilna mill-flessibiltà fil-mod kif nissettjaw it-taxxi tagħna.
Malta teħtieġ il-flessibilità biex nattiraw l-investiment lejna, qal l-ex Prim Ministru Alfred Sant fin-Naxxar.
“B’xorti ħażina, l-imġiba tad-deputati Nazzjonalisti fil-Parlament ħadmet biex tiġbed kritika u attakki fuq isem il-pajjiż u serviet l-interessi ta’ dawk li jridu jmexxu proposti li jagħmlulna ħsara.”
Alfred Sant qal li kien ta’ għajb li d-Deputati Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew taw l-appoġġ tagħhom biex Parlamentari oħra barranin attakkaw lil Malta. Kull deputat irid jaħdem b’diliġenza, onestà, u impenn. B’hekk biss nistgħu nikkompensaw għall-fatt li n-numru ta’ deputati Maltin hu tassew ċkejken fil-Parlament Ewropew.

Facebook Comments

Post a comment