Delegazzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) żaret il-Belt Portugiża ta’ Lisbona u ddiskutiet it-tibdil li seħħ fil-Portugall wara li l-pajjiż ħareġ mill-programm ta’ salvataġġ impost miż-żona Ewro biex jegħleb il-problemi finanzjarji kaġunati mill-kriżi tal-2008. Ewroparlamentari minn gruppi politiċi differenti tal-Parlament Ewropew, inkluż l-Ewroparlamentari Alfred Sant, iltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-Gvern, iltaqgħu mal-Ministru tal-Finanzi Portugiż Mario Centeno (fin-nofs) u kellhom taħditiet mar-rappreżentanti tal-Parlament u s-soċjeta’ ċivili Portugiża.
Id-delegazzjoni ECON inkludiet ic-Chairperson tal-Kumitat ECON l-Ewroparlamentari Roberto Gualtieri (S&D), Pervenche Berès (S&D) u Pedro Silva Pereira (S&D). Kien hemm ukoll l-Ewroparlamentari tal-Grupp tal-EPP Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Theodor Dumitru Stolojan u José Manuel Fernandes u L-Ewroparlamentari Lieve Wierinck f’isem l-Grupp ALDE.
IX-XOQQA F’MOXTHA
Read More
IL-LUSSEMBURGU KONTRA SANZJONIJIET FUQ TAX HAVENS
Read More
MACRON: L-EWROPA GĦANDHA TIKKRITIKA LIR-RUSSJA U LIT-TURKIJA, IŻDA MHUX TAGĦTIHOM DAHARHA
Read More
€100 MILJUN BIEX JINBIGĦ AKTAR GASS FL-UE
Read More
RISKJU GĦALL-KREDENZJALI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Read More
ARJA AKTAR NADIFA FIL-GŻEJJER TAL-UE
Read More
IT-TOROQ EWROPEJ DOMINATI MINN VETTURI B’MAGNI DIESEL
Read More
DELEGAZZJONI TAL-ECON F’LISBONA
Read More
Post a comment