Former Prime Minister and Maltese MEP Alfred Sant will be the main speaker at a Conference on ‘Malta and Brexit’, following the opening of talks between the UK/EU on UK exit from the EU a few days after the UK snap election saw UK Prime Minister Theresa May lose her majority in Parliament. The Conference will touch various topics related to Brexit. What are the prospects for the UK and for the EU member states? How will the UK exit from the EU affect Maltese and Gozitan citizens? What impact will it have on the Maltese islands’ economy? And why are EU leading figures fomenting the idea of a Brexit reversal? What does Article 50 contemplate if a country that has already started exit process changes its mind?

Donald Tusk, President of the European Council, said the UK could stay in the EU if the British Government decided to do so. The EU was built on dreams many thought were impossible to achieve, remarked the EC Head. Antonio Tajani, European Parliament President echoed Tusk’s comments and said the UK could remain in the EU, should the UK Government change its mind.

The Conference will be held at Villa Overhills, Birżebbugia at 7pm and will be chaired by journalist Karl Stagno Navarra. The public is being invited to participate in the conference to better understand the challenges facing Malta and Gozo in this particular point of history in the EU. Those who need further information can contact Dr. Sant’s Office on email address info@alfredsant.eu or phone number 21490705. A Reception will follow. Entrance is free.

Maltese Version – JOĦOLMU LI JREĠĠGĦU LURA L-BREXIT

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant se jkun il-kelliem ewlieni fil-Konferenza ‘Malta u l-Brexit’, li se ssir ftit ġranet wara l-ftuħ uffiċċjali tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-UE dwar il-Brexit. Il-Konferenza se timraħ fuq bosta suġġetti fi ħdan il-Brexit. X’effett se jkollhom ir-riżultati tal-elezzjonijiet Britanniċi f’dawn in-negozjati issa li Theresa May tilfet il-maġġoranza fil-Parlament? X’inhuma l-prospetti tar-Renju Unit u tal-Istati Membri Ewropej? Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif se jaffettwa liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? X’impatt se jkun hemm fuq l-ekonomija tal-gżejjer Maltin? Għaliex il-mexxejja Ewropej qed jikkontemplaw fuq l-idea li jitreġġa lura l-Brexit? X’jgħid artiklu 50 fuq il-pajjiżi li jkunu bdew il-proċess tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea u mbagħad jerġa’ jibdielhom?

Donald Tusk, il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qal li r-Renju Unit jista’ jibqa’ fl-Unjoni Ewropea jekk il-Gvern Ingliż jiddeċiedi hekk. L-Unjoni nbniet fuq ħolm li kulħadd ħasibhom impossibbli li jinkisbu, qal Tusk. Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew irrepeta l-kummenti ta’ Tusk u qal li jekk il-gvern Brittanniku jbiddel fehemtu, r-Renju Unit jista’ jibqa’ fl-UE.

Il-Konferenza se ssir f’Villa Overhills, Birżebbugia fis-7pm u se tkun immexxija mill-ġurnalist Karl Stagno Navarra. Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-konferenza biex jifhem aktar l-isfidi quddiem Malta u Għawdex f’dan iż-żmien partikolari fl-istorja tal-UE. Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lil Uffiċċju ta’ Dr Sant fuq l-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew fuq in-numru telefoniku 21490705. Ikun hemm riċeviment wara l-konferenza. Dħul b’xejn.

Facebook Comments

Post a comment