The European elections in Malta must give a clear verdict on those trying to undermine and destablise our national interests in Europe, Maltese MEP Alfred Sant told a packed audience in Qawra. The former Prime Minister said it’s important we discuss our political disagreements internally, but should never harm our country in Europe. Damaging Malta in Europe runs against the interests of the Maltese and Gozitans who are eager to improve the standard of living of our young people, workers, pensioners and their families.
Dr Sant said that Maltese and Gozitan citizens will soon choose their representatives in Europe.
“Twenty months ago the Maltese and Gozitan electorate voiced their trust in Joseph Muscat’s government. It’s the same choice we are facing on 25 May : we must strengthen our confidence in this government.”
The Maltese MEP said that certain local political forces have obstructed and will continue to harm the Maltese Government in Europe.
“We should prevent them from continuing to do so. The electorate should vote for all the Labour candidates to ensure another victory for all Maltese and Gozitans.”
The Labour Government has improved the economic and financial condition of the younger generation, workers, self-employed, pensioners. It is obvious that more has to be done and that Joseph Muscat’s government is determined to further improve the standard of living of the Maltese and Gozitans, remarked the Maltese MEP.

F’MEJJU L-ELETTORAT IRID JAGĦTI RISPOSTA LIL MIN QED JIMMINA LIL MALTA FL-EWROPA

Fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju il-poplu Malti u Għawdxi irid jagħti risposta ċara u kuraġġuża lil min irid jimmina u jfarrak lil pajjiżna fl-Ewropa. Mhux bl-għajjat u bl-istorbju żejjed imma bil-vot. Dan qalu Alfred Sant quddiem udjenza numeruża fil-Qawra. Dr Sant qal li t-tilwim politiku ta’ bejnietna għandna nżommuh bejnietna, mhux noħorġuh fl-Ewropa biex infixklu lill-pajjiż. Dat-tfixkil wara kollox bilfors jispiċċa jmur kontra r-rieda tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fil-ħerqa tagħhom biex joħolqu ħajja aħjar għaż-żgħażagħ, għall-anzjani, u għall-familji tagħhom.
Dr Sant qal li waslet elezzjoni oħra li fiha ċ-ċittadini tagħna huma mistennija jagħtu l-verdett tagħhom dwar min iridu li jirrappreżentahom fl-Ewropa. Hi l-istess għażla li kellha ssir fl-aħħar elezzjoni. Dakinhar, il-poplu ta t-tweġiba tiegħu u jeħtieġ li nerġgħu nsostnuha.

“Il-Gvern Laburista sab ix-xkiel u se jibqa’ jsib ix-xkiel minn forzi politiċi Maltin li jridu jinqdew bl-Ewropa biex ifixklu. M’għandniex inħalluhom jagħmlu hekk. Niżguraw li kulħadd joħroġ jivvota u jagħmel hekk għall-kandidati Laburisti kollha. Ħalli l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropej ikunu mill-ġdid rebħa oħra tal-Laburisti kollha, tal-Maltin u l-Għawdxin kollha!”
Bil-fatti, il-Partit Laburista fil-gvern tejjeb u qed ikompli jtejjeb il-qagħda ekonomika u finanzjarja taż-żgħażagħ, tal-ħaddema, tas-self employed iż-żgħar, tal-pensjonanti. Hi ħaġa ċara li għad baqa’ xi jsir. Il-gvern ta’ Joseph Muscat għadu determinat li jkompli jtejjeb il-livell tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, qal l-ex Prim Ministru Laburista.

Facebook Comments

Post a comment