Maltese MEP and former Prime Minister Alfred Sant said that a strong eurozone is in Malta’s interests but warned that new structures of a federal nature being proposed by the EU, like the introduction of a eurozone Finance Minister should not be introduced to the detriment of small states like Malta. Dr Sant launched Malta u l-Ewro (3) Malta & the euro, in the presence of a large audience at the FORTRESS BUILDERS, Valletta. This is the third volume of a bi-lingual publication which provides a Maltese perspective of developments as they unfolded within the eurozone between 2015 and the end of the Maltese Presidency of the EU in mid-2017.

“The 2008 crisis appears to be over, but economic and social diversions are emerging between countries and regions within the eurozone. An essential challenge has become that of determining how this dangerous divergence can be overcome.” remarked the Maltese MEP.

The third volume features the latest dramatic chapter of the Greek crisis, the efforts to bolster economic growth in Europe, the impact of Brexit on the eurozone and the debates about the eurozone’s future now that the years of crisis seem to be over.

The publication also includes a story line of the facts related to the introduction, development and turbulences of the Euro between 1997 and June 2017. The book should serve as an indispensable tool for Maltese students citizens wishing to understand the factors that condition the performance of their national currency.

Maltese Version – STRUTTURI FEDERALI FIŻ-ŻONA EWRO TA’ DETRIMENT GĦAL STATI ŻGĦAR BĦAL MALTA

Alfred Sant qal li huwa fl-interess ta’ Malta li ż-żona ewro tkun b’saħħitha imma wissa li strutturi ġodda ta’ natura federali li qed tipproponi l-UE, bħall-introduzzjoni ta’ Ministru tal-Finanzi għaż-żona ewro, ma għandhomx ikunu introdotti għad-detriment ta’ stati żgħar bħal Malta. Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista tal-Parlament Ewropew qal dan waqt it-tnedija ta’
Malta u l-Ewro (3) Malta & the euro, quddiem udjenza numeruża fil-FORTRESS BUILDERS, il-Belt Valletta. Dan huwa t-tielet volum ta’ pubblikazzjoni bilingwali li tipprovdi perspettiva Maltija tal-iżviluppi kif żvolġew fi ħdan iż-żona ewro bejn l-2015 u t-tmiem tal-Presidenza Maltija tal-UE f’nofs l-2017.

“Il-kriżi tal-2008 tidher li għaddiet, imma ħerġin diverġenzi ekonomiċi u soċjali bejn l-istati membri u reġjuni differenti fiż-żona ewro. L-isfida hija kif dawn id-diverġenzi perikolużi jistgħu jingħelbu.” qal l-Ewroparlamentari.

It-tielet volum iħaddan fih l-aħħar żviluppi drammatiċi fil-kriżi Griega, l-isforzi biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, l-impatt tal-Brexit fiż-żona ewro u d-dibattiti fuq il-futur taż-żona ewro issa li ż-żminijiet tal-kriżi jidhru li spiċċaw.

Il-pubblikazzjoni tinkludi wkoll lista ta’ fatti kronoloġiċi relatati mal-introduzzjoni, l-iżvilupp u d-diffikultajiet taż-żona ewro bejn l-1997 u Ġunju tal-2017. Il-ktieb huwa għodda indispensabbli għal dawk l-istudenti Maltin jew għaċ-ċittadini li jixtiequ jifhmu il-fatturi li jinfluwenzaw il-munita nazzjonali tagħhom.

Facebook Comments

Post a comment