Civil Society in Gozo is preparing its final draft of a Declaration in favour of inclusivity in Gozo. Representatives from various non-government organisations namely the OASI Foundation, Dar ARKA, LGBTI+ GOZO, the ‘Mental Health Association Gozo’ and the ‘Gozo Association for the Deaf’ convened at ARKA Foundation at Għajnsielem, Gozo where they presented their specific aims for inclusion in this Declaration.
This initiative is being organised with the collaboration of the Gozo Office of Maltese MEP Alfred Sant and the S&D Group at the European Parliament.
The civil society groups discussed the challenges ahead and forwarded proposals to ensure more inclusivity with the aim of satisfying the legitimate aspirations of citizens and residents in Gozo.
This Declation is expected to be announced officially at Fondazzjoni Arka on Saturday 3 November at 10am.
Parents, relatives and friends of persons in Gozo interested in this Declaration as well as the general public are invited to attend.
More information on this Conference can be obtained from the Office of Maltese MEP Alfred Sant on this electronic address info@alfredsant.eu or on Telephone Number 21490705. A reception will follow.

Maltese Version – IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA TĦEJJI DIKJARAZZJONI FAVUR L-INKLUSSIVITA’ F’GĦAWDEX

Għaqdiet mhux governattivi f’Għawdex qegħdin jaħdmu fuq Dikjarazzjoni favur l-Inklussivita` għall-gruppi li jirrappreżentaw fil-gżira Għawdxija.
Rappreżentanti tal-Fondazzjoni OASI, Dar ARKA, LGBTI+ GOZO, Mental Health Association Gozo u l-‘Gozo Association for the deaf’ iltaqgħu fil-Fondazzjoni ARKA f’Għajnsielem, Għawdex biex jiffinalizzaw Dikjarazzjoni bil-miri speċifiċi tagħhom fil-qasam tal-inklussivita`.
Din l-inizjattiva qed issir b’kollaborazzjoni mal-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant u tal-S&D, il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.
L-għaqdiet iddiskutew l-isfidi li qed jaffaċċjaw f’ħidmiethom, proposti biex l-inklussivita` soċjali tingħata l-attenzjoni u r-riżorsi li jixirqulha ħalli tkun tista’ tlaħħaq u tissodisfa l-aspirazzjonijiet leġittimi taċ-ċittadini u l-familji residenti f’Għawdex.
Id-Dikjarazzjoni mistennija titħabbar uffiċċjalment nhar is-Sibt 3 ta’ Novembru fl-10am.
Ġenituri, qraba u ħbieb ta’ persuni f’Għawdex interessati f’din id-Dikjarazzjoni u l-pubbliku huma mistiedna jattendu.
Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lil Uffiċċju ta’ Dr Sant fuq l-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew fuq in-numru telefoniku 21490705. Ikun hemm riċeviment wara l-konferenza. Dħul b’xejn.