Gozo’s share from the European Budget (2020-2027) will be under the radar at a Conference ‘What is Gozo’s share from the European Budget’.The Conference is being organised on Friday 05 October at 6.30pm Ta’ Ċenċ Hotel, Sannat Gozo. Gozitan University Students, Gozitans working in Gozo and Malta, small and medium industries , local councils, non-governmental organisations have been invited to express their views and concerns at this Conference.

The Head of the PL Delegation at the European Parliament Alfred Sant, whose Gozo Branch is organising the Conference with the collaboration of S&D, will address the Conference. The Maltese MEP, earlier this week told the European Parliament that under current rules EU islands like Gozo will face a lot of difficulties to benefit from the Juncker plan for investment.
The public is being invited to participate in the conference. No pre-booking is needed. However, those who need further information can contact Dr. Sant’s Office on email address info@alfredsant.eu or phone number 21490705.

SEHEM GĦAWDEX MILL-BAĠIT EWROPEW TAĦT IL-LENTI

Sehem Għawdex mill-baġit Ewropew (2020-2027) se jkun taħt il-lenti fil-Konferenza ‘Sehem Għawdex fil-Baġit Ewropew’ nhar il-ġimgħa 5 ta’ Ottubru fis-6:30pm fil-lukanda Ta’ Ċenċ, is-Sannat Għawdex. Żgħażagħ Universitarji Għawdxin, Għawdxin li jaħdmu Għawdex u Malta, industriji żgħar u medji, kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi kollha mistiedna jaqsmu t-tħassib u l-opinjonijiet tagħhom dwar dan is-suġġett.
Il-Konferenza hija organizzata bil-kollaborazzjoni tal-S&D u l-fergħa tal-uffiċċju f’Għawdex tal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant li se jindirizza l-Konferenza. Dr Sant, aktar kmieni din il-ġimgħa, qal lill-Parlament Ewropew li taħt ir-regoli preżenti gżejjer Ewropej bħal Għawdex se jaffaċċjaw ħafna xkiel biex jibbenefikaw mill-fondi ta’ investiment tal-pjan Juncker.
Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-konferenza. M’hemmx bżonn ta’ booking minn qabel. Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Dr Sant fuq l-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew in-numru tat-telefon 21490705. Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza.

Facebook Comments

Post a comment