L-aħbar tal-mewt tal-ħabib tiegħi l-Professur Tony Zammit timlieni dieqa kbira. Kien ħabib ġenwin.
Ma’ oħrajn imma hu fost l-aktar, kien il-bniedem li sibtu biex jgħini, jinkuraġġini u fuq kollox jikkurani fi żminijiet meta saħħti kienet qalgħet daqqa kbira.
Mingħajr il-ħila, il-ġentilezza u l-attenzjoni tiegħu, ma kontx insalva — ħila u attenzjoni li kien jagħti lil kulħadd bl-akbar reqqa.
Ammirajt matul is-snin id-dehen politiku tiegħu, b’ideat siewja dwar kif il-qasam tas-saħħa publika f’pajjiżna seta’ jiżviluppa għall-ġid ta’ kulħadd.
Ammirajtu wkoll ftit ġimgħat ilu meta żortu f’daru. Kien sod, rassenjat u luċidu bħal dejjem.
Hekk kif jasal il-mument li nkun kif kien hu, nixtieq li jkolli l-kuraġġ tiegħu.
Grazzi ta’ kollox, ħabib.

Nibgħat il-kondoljanzi tiegħi lill-familja kollha tiegħu.