Fejn tinsab l-Unjoni Ewropea bħalissa? X’inhuma d-dgħufijiet u xinhuma s-saħħiet tagħha? Fil-futur se tkun qed tikkollassa jew se tkun qed tissaħħaħ? X’effetti jistgħu jħallu fuqha l-Brexit u l-wasla ta’ Trump? Se toħroġ mill-istaġnar ekonomiku tal-aħħar snin? Dawn il-mistoqsijiet u oħrajn kruċjali daqshom se jkunu t-tema ta’ Konferenza organizzata mill-Uffiċċju tal-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant bil-kollaborazzjoni tal-S&D. Il-Konferenza se ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru fis-6.30pm fil-Lukanda Qawra Palace, il-Qawra, lejliet li Malta tassumi l-presidenza tal-Unjoni.

Dr Sant jindirizza l-konferenza u jiddiskuti l-kriżijiet, waħda wara l-oħra, li għaddiet minnhom l-Unjoni Ewropea f’dawn l-aħħar snin fosthom it-taqlib finanzjarju tal-2008 li ġab miegħu dipressjoni ekonomika qawwija; il-kriżijiet fl-ekonomiji u l-finanzi tal-pajjiżi fiż-żona tal-ewro, kif ukoll fil-munita tal-ewro; l-effetti tal-awsteritá fuq il-qagħda soċjali tal-Ewropej; il-konfront mar-Russja; it-terroriżmu u wara, id-diżgwid fit-tmexxija taż-żona ta’ Schengen; l-immigrazzjoni; id-diżgwid mat-Turkija; u riċentement il-Brexit. Ma’ dawn il-problemi issa ngħaqad ir-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti. Tippreżenta Antoinette Falzon.

Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-konferenza biex niddiskutu dawn il-mistoqsijiet kollha u naraw nifhmux x’se jkunu l-isfidi quddiem il-Presidenza Maltija tal-Unjoni u x’tip ta’ futur qed jitħejja għall-Unjoni nnfisha. M’hemmx bżonn ta’ booking minn qabel. Dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Dr Sant fuq l-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew in-numru tat-telefow 21490705.

Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza.

English Version – MALTA’S FUTURE IN EUROPE

Where is the EU heading to? What are its main weaknesses and strengths? How will the EU be in the future – will it collapse or will it be more powerful? How will Brexit and the arrival of Trump affect it? Will it overcome the economic uncertainties that prevailed these last few years? These questions and other crucial ones are the main theme of a Conference titled MALTA AND THE EUROPEAN UNION: WHAT FUTURE? organized by the Office of the Alfred Sant, Head of the Maltese Labour Delegation at the European Parliament with the collaboration of S&D. The Conference will be held on the eve of Malta’s EUPresidency on Friday 25 November at 6.30pm at Qawra Palace Hotel, Qawra.

Dr Sant will address the latest crises facing the EU, including the financial turbulance of 2008 and the economic depression that succeeded it; the economic and financial crises which are undergoing in eurozone countries; austerity measures and their impact of social justice; the EU’s relations with Russia; terrorism and its after effects, difficulties in the management of the Schengen area; immigration; the complications with Turkey; Brexit and the aftermath of the US presidential elections. Antoinette Falzon will be presenting the evening.

The public is being invited to participate in the conference to better understand the challenges of the Maltese Presidency at the European Council. Those who need further information can contact Dr. Sant’s Office on email address info@alfredsant.eu or phone number 21490705.

A reception will follow the Conference.

Facebook Comments

Post a comment