L-ansjetajiet u l-biża’ mill-immigrazzjoni tal-massa għandhom ikunu indirizzati għax il-problemi jimmultiplikaw meta dan l-influss ta’ immigranti jqanqal il-ħsieb li l-mod ta’ għixien Ewropew se jindifen taħt kulturi differenti, u li l-postijiet tax-xogħol li huma skarsi se jiġu ikkapparrati min-nies li għadhom ġejjin. Dan qalu Dr Alfred Sant, il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu, ‘Anti-Semitiżmu, Islamofobija u diskors ta’ mibegħda fl-Ewropa’. Dr Sant qal li dawn l-ansjetajiet u l-beżgħat għandhom jitqiesu li ġejjin minn tħassib konkret u mhux minn preġudizzji. L-estremisti li jżidu l-mibegħda u r-razziżmu dan fehmuh u qed jenfasizzaw dan it-tip ta’ tħassib biex imexxu lin-nies lejn azzjonijiet irrazzjonali u vjolenti.

Dr Sant qal li biex jiġu kkontrollati id-diskors ta’ mibegħda, l-anti semitiżmu u l-islamofobija fl-Ewropa, irridu naħdmu fuq il-kundizzjonijiet li jgħinhom jiffjorixxu. Dan kollu jsir aktar diffiċli fi żminijiet ta’ staġnar ekonomiku jew ta’ riċessjoni, imma jeħtieġ li jsir. Dawk li qed jiġġieldu l-estremiżmu u l-mibegħda fl-Ewropa, iridu jifhmu dak li qed jinkwieta u jħasseb lin-nies fl-Ewropa, iridu joħolqu strateġiji li jindirizzaw il-kawżi tal-biża’ u tal-ansjeta’ tagħhom. Id-diskors ta’ mibegħda jifjorixxi fuq il-biża’ u l-ansjeta’ ta’ setturi differenti tal-popolazzjoni tagħna li ma jħossuhomx protetti biżżejjed miċ-ċirkostanzi dejjem jinbidlu fil-ħajja ta’ kuljum. Dawn qed iħossu li jridu jġorru waħedhom il-piżijiet meta jigu wiċċ imwbiċċ ma’ problemi ekonomiċi jew ma’ kulturi differenti li jkollhom tradizzjonijiet differenti minn dawk li mdorrijin jgħixu magħhom. Billi ngħidu ‘Wir schaffen das’ (Se nirnexxu), għalkemm inqawwu l-qlub, mhux se naslu. Jeħtieġ li jsir aktar minn hekk, saħaq Dr Sant.

English Version – THOSE WHO COMBAT EXTREMISM AND HATE MONGERING SHOULD FACE UP PEOPLE’S FEARS AND CONCERNS’

Dr. Alfred Sant, Head of Labour Delegation at the European Parliament said that those who combat extremism and hate mongering in Europe, should equally face up to people’s concerns. They should put upfront strategies and plans based on consistent efforts to remove the causes of fear and anxiety. Simply saying “Wir schaffen das” (We can make it), though encouraging, is not enough. Much more needs to be done.

Dr. Sant, speaking at the European Parliament during the debate ‘Anti-Semitism, Islamaphobia and hate speech in Europe’, said that problems multiply when massive immigration flows raise the perception that European lifestyles will be submerged under alien cultures and that scarce jobs will be appropriated by newcomers. Such anxiety and fears should be addressed. They should be seen as grounded in concrete concerns not in innate prejudices. The extremists who fan hate and xenophobia have understood this. They play on such concerns to drive people towards irrational and violent action.

‘Hate speech thrives on fear and anxiety among different sectors of our population. They feel that they are inadequately protected against changing circumstances in their daily lives and must bear alone the brunt of economic slowdown or social dislocations. To contain and eradicate hate speech, anti-semitism and islamophobia, we must tackle the conditions that help them to spread. This is more difficult at times of economic stagnation or recession but it must be done.’ the former Prime Minister said.