Alfred Sant se jindirizza Konferenza dwar l-effetti tal-Brexit fuq Malta. Il-Konferenza se titratta diversi oqsma relatati mal-Brexit. X’inhuma l-prospetti tar-Renju Unit u tal-Istati Membri? Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE kif se taffettwa liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin? X’se jkun l-impatt fuq l-ekonomija tal-gżejjer Maltin? Għaliex ċerti persuni ewlenin fl-UE u fir-Renju Unit għadhom jisħqu biex isir it-tieni referendum? Il-pubbliku mistieden jipparteċipa fil-Konferenza biex jifhem aħjar l-isfidi li qed jaffaċċjaw Malta u Għawdex f’dan iż-żmien partikolari tal-istorja tal-Unjoni Ewropea.

Il-Konferenza, organizzata mill-Uffiċċju tal-MEP Alfred Sant bil-kollaborazzjoni tal-Grupp tal-S&D tal-Parlament Ewropew, se ssir nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru fis-7 pm fil-Lukanda Suncrest, il-Qawra. Il-ġurnalist Karl Stagno Navarra se jmexxi l-Konferenza. M’hemmx għalfejn booking iżda dawk li jixtiequ aktar informazzjoni jistgħu jikkuntattjaw l-Uffiċċju ta’ Dr Sant bl-email fuq info@alfredsant.eu jew iċemplu fuq 21490705. Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza. Dħul b’xejn.

English Version – BREXIT EFFECTS ON MALTA

Former Prime Minister and Maltese MEP Alfred Sant will address a Conference on Brexit effects on Malta. The Conference will touch various topis related to Brexit. What are the prospects for the UK and for the EU member states? How will the UK exit from the EU affect Maltese and Gozitan citizens? What impact will it have on the Maltese islands’ economy? And why are EU and UK leading figures still fomenting the idea of a second referendum? The public is being invited to participate in the conference to better understand the challenges facing Malta and Gozo in this particular point of history in the EU.

The Conference, organised by the Malta Office of MEP Alfred Sant with the collaboration of the S&D Group at the European Parliament, will be held on Friday, 9 November at 7pm at the Suncrest Hotel, Qawra. Journalist Karl Stagno Navarra will chair the Conference. Those who need further information can contact Dr. Sant’s Office on email address info@alfredsant.eu or phone number 21490705. A Reception will follow. Entrance is free.

Facebook Comments

Post a comment