Montrouge, a major commune in South Paris, is hosting the eight edition of the European week with the theme MONTROUGE INVITES MALTA between 11-13 May with a series of cultural, political and social events related to Malta, commemorating its Presidency of the European Union.
This European week includes the direct participation of former Prime Minister and MEP Alfred Sant and a theatrical representation of Dans l’Ombre de La Cathédrale , an adapation in French of Alfred Sant’s best selling play Fid-Dell tal-Katidral, (In the Cathedral’s shadow) first published in 1994. It won second prize in a national play writing competition held in 1976 and was then performed at the Theatre of the University of Malta under the direction of Joe Friggieri.
The French version of the play will be staged on Friday 12 May at Le Beffroi, Montrouge’s main cultural centre. It has been translated by Charles Briffa, adapted and will be directed by Anne Bérélowitch and performed by the group Instant MIX.
The Commune of Montrouge invited the Maltese MEP to be the main speaker during a round table discussion on ‘Malta, Europe and Immigation’ at the Lycée Maurice Genevoix on Thursday 11 May. The audience will discuss the challenges brought about by immigration and the stakes and prospects facing Malta in particular.
The Malta week at Montrouge also includes a concert by the Orchestre d’Harmonie de Montrouge which will interpret the national anthems of the EU member states, the projection of the Maltese film SIMSHAR and the presentation of various information stands promoting Malta as a tourist destination in the centre of the Mediterranean.

Maltese Version – MONTROUGE TISTIEDEN LIL MALTA

Montrouge, lokalita` fin-naħa t’isfel ta’ Pariġi, qed tospita t-tmien edizzjoni tal-ġimgħa Ewropea bit-tema MONTROUGE TISTIEDEN LIL MALTA bejn il-11 u t-13 ta’ Mejju b’sensiela ta’ avvenimenti kulturali, politiċi u soċjali relatati ma’ Malta b’tifkira tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.
Din il-ġimgħa Ewropea tinkludi l-parteċipazzjoni diretta tal-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant. Dan permezz ta’ rappreżentazzjoni teatrali ta’ Dans l’Ombre de La Cathédrale, adattament bil-Franċiż tad-dramm Fid-Dell tal-Katidral, ippubblikat għall-ewwel darba fl-1994. Id-dramm rebaħ it-tieni premju f’kompetizzjoni nazzjonali tad-drammi fl-1976 biex imbagħad ittella’ fuq il-palk fit-Teatru tal-Universita` ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Joe Friggieri.
Il-verżjoni bil-Franċiż ta’ dan id-dramm se tittella’ nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju f’Le Beffroi, iċ-ċentru kulturali ewlieni ta’ Montrouge. It-traduzzjoni saret minn Charles Briffa, adattata u diretta minn Anne Bérélowitch u interpretata mill-grupp Instant Mix.
Il-Lokalita` ta’ Montrouge stiednet lil Dr Sant biex ikun il-kelliem ewlieni f’diskussjoni dwar ‘Malta, l-Ewropa u l-Immigrazzjoni’ fil-Lycée Maurice Genevoix nhar il-ħamis 11 ta’ Mejju. L-udjenza se tiddiskuti l-isfidi tal-immigrazzjoni u d-diffikultajiet u l-opportunitajiet li b’mod partikolari qed taffaċċja Malta f’dan il-qasam.
Il-ġimgħa Maltija f’Montrouge tinkludi wkoll kunċert mill-Orchestre d’Harmonie de Montrouge b’innijiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-wiri tal-film SIMSHAR u l-preżentazzjoni ta’ bosta stands ta’ informazzjoni li jippromwovu lil Malta bħala destinazzjoni turistika fiċ-ċentru tal-Mediterran.

Facebook Comments

Post a comment