The European Council of Ministers, acting in the name of democratically elected governments, unanimously agreed to endorse Leo Brincat’s nomination. His appointment to the ECA has been done in good and due form, and in full respect of the EU treaties.

I congratulate him and wish him the best.

Appointments to the European Court of Auditors under the EU treaties are still the prerogative of Member States and the European Parliament has a consultative role.

In Leo Brincat’s case the Parliament expressed a favourable opinion at committee stage, with 11 votes in favour, nine against and one abstention, when members had the possibility to question him, and a negative one at plenary, when this was not possible.

Maltese Version – STQARRIJA TA’ ALFRED SANT DWAR IL-ĦATRA TA’ LEO BRINCAT FUQ IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI

Il-Kunsill Ewropew tal-Ministri, f’isem gvernijiet eletti demokratikament, b’mod unanimu qablu dwar in-nomina ta’ Leo Brincat fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-ħatra tiegħu saret b’rispett sħiħ lejn it-trattati tal-Unjoni Ewropea.
Nifraħlu u nixtiequ l-aħjar fil-karriera ġdida tiegħu.
Il-ħatriet fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, taħt it-trattati tal-Unjoni Ewropea, għadhom il-prerogattiva tal-istati membri u l-Parlament Ewropew għandu rwol konsultattiv.
Fil-każ ta’ Leo Brincat, il-Parlament Ewropew esprima opinjoni favorevoli fl-istadju ta’ kumitat, meta l-membri kellhom il-possibilita’ li jagħmlulu l-mistoqsijiet, bi ħdax-il vot favur, disgħa kontra u astensjoni waħda, u kellu vot negattiv fil-Plenarja meta ma kienx possibbli għall-membri parlamentari Ewropej jagħmlulu l-mistoqsijiet.

Facebook Comments

Post a comment