Alfred Sant, Head of Labour Delegation at the European Parliament said that among the objectives that the Maltese presidency has set, that of giving importance to the EU’s Mediterranean dimension should be welcomed by all. Dr Sant, speaking after Maltese Prime Minister Joseph Muscat addressed the European Parliament on Malta’s priorities for the six-month rotating EU Presidency, said that while the Mediterranean has recently been relegated mostly to references in which it features as a theatre for immigration tragedies, it remains a neighbourhood which the EU shares with states whose medium to long term interests are bound to converge with those of the Union.

“These interests cover economic, political, social, cultural and security matters. Promoting an ongoing cohesive and collaborative approach towards cooperation in such areas should again be given full priority by the EU.

The fact that our neighbours may be undergoing rapid transformations plus turmoil at present should not deter us from highlighting Mediterranean issues and proposing new ways forwards for cooperation.

Even if the Maltese presidency only succeeds part way in achieving its objective to do so, the effort will have been well worth it,” said Dr Sant.

You may follow Dr Sant’s intervention on this link:

Maltese Version – HUWA FATT POŻITTIV LI L-PRESIDENZA MALTIJA TAT DIMENSJONI MEDITERRANJA LILL-UE

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa fatt pożittiv li l-Presidenza Maltija tat dimensjoni Mediterranja lill-Unjoni Ewropea. Dr Sant tkellem wara l-indirizz tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat fuq il-prijoritajiet ta’ Malta għas-sitt xhur ta’ Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Hu qal li fost l-għanijiet li l-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea poġġiet għall-ħidma tagħha, jistħoqqlu kull merħba l-għan li tingħata importanza lid-dimensjoni Mediterranea tal-Ewropa. Dan l-aħħar, il-Mediterran spiċċa mrekken l-aktar f’referenzi li jippreżentawh bħala teatru għal traġedji dwar l-immigrazzjoni. Il-Mediterran xorta baqa’ ż-żona viċina li l-Unjoni Ewropea taqsam ma’ stati b’interessi li – fuq medda tat-tul u għal żmien medju – eventwalment se jikkonverġu mal-interessi tal-Unjoni.
“Huma interessi li jkopru oqsma ekonomiċi, politiċi, soċjali, kulturali, kif ukoll ta’ sigurtà. L-Unjoni Ewropea messha terġa’ tagħti priorità sħiħa lill-ħtieġa li l-koperazzjoni f’dawn l-oqsma tinbena bla waqfien, b’koerenza u b’sens ta’ sħubija. Waqt li l-Unjoni Ewropea tagħmel hekk, se jkun kruċjali li ma tagħtix l-impressjoni, li għandha xi għan favur aġenda mfassla biex iġġib bidla fil-gvernijiet. Jew li qed tipprova tirxoxta mill-imgħoddi, ix-xenarji ta’ esplojtazzjoni.
Hu minnu li l-koperazzjoni bejn l-inħawi kollha tal-Mediterran setgħet tiżviluppa l-aħjar kieku kellna lkoll istituzzjonijiet li jikkonverġu… kif nixtiequ lkoll, lejn id-demokrazija… Imma dawn l-iżviluppi jridu jiġru bl-inizjattiva li l-popli konċernati jassumu u jwettqu b’mod ħieles. Jekk ma jiġrux, jew jekk jieħdu għamliet differenti minn dawk li l-Ewropa żviluppat, xorta waħda jibqa’ fl-interess tagħna lkoll li nassiguraw għall-Ewropa, politika Mediterranea proattiva u li tħares ’il quddiem.
L-Ewropej jikkomettu żball kbir jekk jipprovaw jagħżlu l-oqsma li jridu jiddiskutu dwarhom, skont l-aġendi tagħhom biss. Min-naħa l-oħra, l-Ewropa trid turi li fl-oqsma tas-sigurtà u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, m’għandhiex għażla oħra ħlief li tkun ħarxa u soda. Lesta wkoll li taġixxi kontra kull min jagħtihom kenn u inkoraġġiment. Dan kollu jieħu s-sura ta’ proġett kumpless. Madankollu, jista’ jiftiehem ħażin, politikament u moralment. Dik tkun ħasra kbira.
Malta għandha interess vestit – dak li tara lin-naħat kollha tal-Baħar l-Abjad itejbu l-qagħda tagħhom u jiżviluppaw, quddiem l-isfidi li jaffaċċjaw. Hi għandha l-vantaġġ li tinsab f’qagħda fejn ma jistax ikollha xi aġenda moħbija. Ir-rieda tajba tagħha ftit tista’ tiġi kontestata. Dan għandu jrendi l-proposta tal-Gvern Malti biex jagħti profil akbar lill-affarijiet tal-Mediterran bħala punt ta’ tluq b’siwi kbir ħafna.
Anke jekk il-presidenza Maltija jirnexxielha tasal parti biss mit-triq meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet li poġġiet quddiemha, il-ħidma bilfors titqies bħala sforz li tajjeb li twettaq.

Segwi d-diskors ta’ Dr Sant fuq din il-link:

Facebook Comments

Post a comment