Pagi
Ma naħsibx li s-suġġett tqajjem dan l-aħħar b’mod siewi, politikament u soċjalment – jew anke professjonalment. Biss, naqbel li l-livelli tal-pagi f’pajjiżna llum jixirqilhom kull attenzjoni u eżami. Qishom żviluppaw fostna tnejn, tlieta, erba’… forsi aktar … ta’ swieq tax-xogħol. Jiffunzjonaw skont mekkaniżmi li ma jiddependux minn xulxin. Biss, waqt li jkomplu għaddejja, qed jaffettwaw