It-Torca

Tentufiet Ewropej

Wieħed jiftakar il-kjass li sar fil-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pilatus Bank li ġie akkużat li ħasel u ħawwad trasferimenti ta’ ftit mijiet ta’ miljuni ta’ ewro. Saret investigazzjoni sħiħa dwar hekk mill-Awtorità Bankarja Ewropea. Indaħlet il-Kummissjoni biex jiċċensuraw dak li sar u joħorġu l-kundanni u t-twissijiet tagħhom, mhux l-anqas lejn l-Awtorità Maltija li

It-Torca

Xi stennew il-maltin mill-ewropa?

Fil-kampanja ta’ sittax-il sena ilu dwar jekk Malta għandhiex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea jew le, issemmew ħafna raġunijiet għaliex dan kellu jiġri jew le. Kollha b’xi mod jew ieħor kienu jorbtu ma’ fehma dwar xinhi tassew l-Unjoni, bil-kisbiet u bl-għanijiet tagħha għall-futur. Kienu jorbtu wkoll ma’ fehma dwar fejn Malta kellha tieħu postha fil-proċess

It-Torca

Żmien fi Brussell

Fil-ġimgħa li għaddiet, għamilt l-aħħar żjara fi Brussell hekk kif resqin lejn it-tmiem tal-mandat attwali tal-Parlament Ewropew bix-xoljiment tiegħu li jsir il-ġimgħa li ġejja wara l-aħħar plenarja fi Strasburgu. Imbagħad titlaq il-kampanja uffiċjali li twassal sal-elezzjonijiet Ewropej tal-25 ta’ Mejju. Għal dawn l-aħħar ħames snin, bħal sħabi d-deputati Laburisti l-oħra, kont nitla’ Brussell mat-tliet darbiet

It-Torca

Bejn Żgħar u Kbar

Waqt il-kampanja elettorali li tinsab għaddejja għall-Parlament Ewropew, fid-diskussjonijiet li jinqalgħu, anke fid-djar, ta’ sikwit tqum il-mistoqsija – Bħala pajjiż żgħir, għandna xi leħen, xi saħħa fl-Ewropa? Uħud isemmu kif fil-Parlament żgur, Malta qisha qiegħda hemm biex tkun lesta ħalli tiġi akkużata u kkritikata bla rażan. Issa jien kont wieħed minn dawk li fl-imgħoddi wissew

It-Torca

L-ewropa u ċ-ċina

Niddubita kemm qed jissensel b’mod naturali. Nissuspetta li qed jiġi mħeġġeġ minn forzi “okkulti”, moħbija. Għax f’daqqa waħda donnu tela’ d-deni fl-Ewropa dwar l-hekk imsejħa theddida li ċ-Ċina tista’ qed tpoġġi għas-sigurtà u l-avvanz ekonomiku tal-kontinent. Veru li qamet kontroversja fl-aħħar ġimgħa u nofs meta l-President Xi waqt żjara fl-Ewropa waqaf Ruma. Hemm iffirma ftehim

It-Torca

Rinaxximent ewropew

Il-President ta’ Franza Emanuel Macron sa mil-bidu nett ppreżenta ruħu bħala vuċi qawwija favur progress ta’ malajr lejn għaqda akbar fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għamel diskors twil fl-università tas-Sorbonne ta’ Pariġi fejn ipproklama l-ħtieġa ta’ ħidma ġdida u qawwija lejn miżuri ta’ federaliżmu fl-Unjoni Ewropea fl-oqsma pereżempju tat-tmexxija taż-żona tal-ewro, tal-politika tal-immigrazzjoni, tal-għaqda bankarja, tal-ambjent,