ArticlesIndependentInewsmalta

Qdusija u Korruzzjoni

Jagħmel tajjeb il-gvern jekk se jibqa’ jara kif iżomm responsabbli lil Skanska u oħrajn għax-xogħol tal-mistħija li wettqu fl-isptar Mater Dei. Mill-bidu sal-aħħar il-bini ta’ dak l-isptar kien imniġġes bit-tmexxija ħażina li bla dubju ssarrfet f’korruzzjoni. Is-sabiħa kienet li sa mill-bidu nett, il-muntatura għall-isptar kienet waħda ta’ qdusija. Il-fondazzjoni San Raffaele, immexxija mill-qassis Don Verze,

ArticlesIndependentInewsmalta

Immigrazzjoni: Minn fejn il-fondi?

Żball li qed isir fl-Ewropa bħalissa hu li mhumiex jingħataw biżżejjed spjegi tajba liċ-ċittadini ta’ kif qed tiżviluppa l-kriżi tal-immigrazzjoni. Stqarrijiet dwar kif l-Ewropa bil-valuri tagħha ma tistax ma turix ħniena u solidarjetà lejn min qed ifittex kenn mill-persekuzzjoni, mhumiex biżżejjed. Hemm ħafna nies li qed jibżgħu minn dak li jinsab għaddej – li se

IndependentInewsmalta

Kalkolu żbaljat

Xi ħadd qalli kif akkademiċi fl-Università ta’ Malta jaraw bħala theddida mhux xierqa l-proposta li titwaqqaf Università ġdida fil-Kottonera u fl-inħawi taż-Żonqor, Wied il-Għajn. Iqisu dil-ħaġa bħala imminar tal-integrità u tal-iżvilupp tal-Università ta’ Malta. Qed jagħmlu kalkolu żbaljat. Frankament, hemm ħafna argumenti x’jistgħu jitqajmu, favur u kontra, l-proposta għal Università oħra, kif qed issir. Imma

IndependentInewsmalta

Is-servizzi finanzjarji dnub?

Deputati fil-Parlament Ewropew donnhom jemmnu li s-servizzi finanzjarji huma forma ta’ dnub. Dan għax iqisuhom attività maħsuba biex tgħin lill-kumpaniji multinazzjonali l-kbar jiżgiċċaw milli jħallsu t-taxxi fuq il-profitti. Hu minnu li dan ġara, għadu jiġri u hu kundannabbli. Biss f’kummerċ globalizzat, tifhimha li kumpaniji li jittrattaw ma’ numru kbir ta’ swieq u jmexxu negozji li

IndependentInewsmalta

Immigrazzjoni: Kemm u Kif?

Fil-kontroversja dwar l-immigrazzjoni li għaddejja bħalissa fl-Ewropa, imkien ma tissemma t-tħejjija ta’ xi pjan globali għal kif tista’ tiġi trattata l-isfida. L-Ewropa bdiet tilqa’ għal raġunijiet umanitarji, l-immigranti resqin lejha għall-ażil. Imma jeżistu proposti għal pjan tat-tul, bl-istimi dwar l-iskala tal-problema? Lil hinn minn kif se jiġu allokati r-rifuġjati bejn il-pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea, mistoqsijiet

IndependentInewsmalta

Smart

Hux ta’ min li jkollna rendikont ċar fl-aħħar ta’ fejn jinsab il-proġett ta’ Smart City? Matul is-snin, smajna ħafna dwaru. Il-wegħdi u l-prospetti sbieħ kienu faru minn kullimkien. Suppost li tellaq f’pajjiżna era ġdida ta’ xogħol f’teknoloġiji għolja tal-elettronika, kompjuters u informatika. Il-kelma moda minbarra “smart” innifisha kienet “hub” (kelma li għadna nuzaw): fus –