12017697_412707662255554_6373469492455612308_o

Setturi differenti mis-soċjeta` ċivili Għawdxija se jieħdu sehem fil-Konferenza ‘L-Aspirazzjonijiet Għawdxin fl-Ewropa.’ Din il-konferenza se sservi bħala pjattaforma għar-rappreżentanti Għawdxin tal-Organizzazzjonijiet tal-Istudenti, għall-għaqdiet taż-Żgħażagħ, għall-għaqdiet tal-volontarjat, għas-settur tat-turiżmu u dak industrijali f’Għawdex. Dawn ir-rappreżentanti Għawdxin se jesprimu l-opinjoni u d-diffikultajiet tagħhom dwar ir-realtajiet soċjo-ekonomiċi preżenti f’Għawdex u dwar l-aspirazzjonijiet tagħhom għall-futur – issa, f’aktar minn deċenju mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

L-Għaqda Universitarji Għawdxin, il-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ Għawdxin, l-Assoċjazzjoni tal-NGOs u imprenditur lokali rinomati fis-settur tat-turiżmu se jieħdu sehem f’din il-Konferenza.
Il-Konferenza, organizzata mill-Uffiċċju ta’ Alfed Sant, Membru Parlamentari Ewropew, u l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew (S&D), se ssir fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, fis-Sannat, Għawdex, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Ottubru 2015.

Ir-Reġistrazzjoni tiftaħ fis-6:30pm. Il-Konferenza tibda fis-7.00pm.

Il-pubbliku mistieden jattendi. Il-Konferenza hija bla ħlas.

Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jikkuntattjaw l-uffiċċju ta’ Dr Sant permezz tal-indirizz elettroniku info@alfredsant.eu jew iċemplu : 21490705.

Ikun hemm riċeviment wara l-Konferenza.

English Version – GOZITANS’ ASPIRATIONS IN EUROPE

Different sectors of Gozo’s civil society are participating in a Conference entitled ‘Gozitans’ Aspirations in Europe’. This Conference will serve as a platform for representatives of Student Organisations, the Youth Organisations, the Voluntary Organisations, the tourism and industrial sectors in Gozo to express their opinions and concerns on today’s new socio-economic realities in Gozo and their aspirations for the future – more than a decade after Malta’s entry into the European Union.

The Gozo University Group (Għaqda Universitarji Għawdxin), the Gozo Regional Youth Council, the NGOs Association, distinguished local enterpreneurs together with a flagship in the permanent tourism sector are taking part in this Conference.

The Conference, organised by the Office of Alfred Sant, MEP, and the S&D Group, is being held at Ta’ Ċenċ Hotel, Sannat, Gozo on Friday 26 October 2015.

Registration opens at 6.30pm. The Conference starts at 7.00pm.

The general public is invited to attend. No fee will be charged.

Those wishing to attend can contact Dr. Sant’s Office on email address info@alfredsant.eu or phone number 21490705.

A reception will follow the Conference.

Facebook Comments

Post a comment