Is-suġġetti fuq l-aġenda tal-programm televiżiv sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew Temi Maltin u Ewropej matul dan ix-xahar kienu “L-Immigrazzjoni lejn l-Ewropa” bis-sehem tal-eks Prim Ministru Alfred Sant u l-ewwel Kummissarju għar-refuġjati f’Malta Charles Buttigeg, u “il-Gwerra tal-Ukrajna”, bis-sehem tal-eks Prim Ministru Alfred Sant u l-ġurnalist Malti Reno Bugeja. Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ta’ informazzjoni u kummentarju bi produzzjoni tal-uffiċċju lokali tal-MPE Alfred Sant. Il-programm tnieda fil-bidu ta’ din is-sena bl-appoġġ tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.

Dwar l-immigrazzjoni ġie rikonoxxut li hemm ċertu ammont ta’ riżentiment fost il-komunitajiet Ewropej lejn l-immigranti, l-aktar għax għandhom kultura u ċiviltà differenti. Dan iwassal għal tensjonijiet soċjali hekk kif ir-residenti jħossu li l-istil ta’ ħajja tagħhom huwa mhedded. Punti oħra li tqajmu kienu jinkludu n-nuqqas ta’ qafas Ewropew komuni sabiex ir-refuġjati jiġu aċċettati; id-distinzjoni kultant diffiċli li trid issir bejn persuna li tfittex l-ażil u persuna li qed tfittex xogħol; il-pożizzjoni iebsa adottata minn xi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea tal-Ewropa tal-lvant lejn ir-refuġjati mhux Ewropej u s-solidarjetà ta’ merħba li wrew lejn ir-refuġjati Ukreni.

Matul il-programm dwar is-sigurtà Ewropea u l-gwerra tal-Ukrajna, id-diskussjoni daret fuq jekk it-tħassib tar-Russja dwar l-espansjoni tan-NATO jiġġustifikax l-invażjoni tal-Ukrajna; l-għanijiet tal-gwerra tar-Russja; l-impatt tas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq l-isforz tal-gwerra mir-Russja; ix-xenarju politiku li qed jinbidel fil-pajjiżi newtrali tal-Unjoni Ewropea, u kif l-istatus ta’ newtralità ta’ Malta jista’ jiġi affettwat minn dawn l-iżviluppi.


Immigration to Europe – European Security and Ukriane War

The topics on the agenda of the TV programme sponsored by Alfred Sant’s office with the backing of the S&D Group in the European Parliament Temi Maltin u Ewropej during this month were “Immigration to Europe” with the participation of former Prime Minister Alfred Sant and Malta’s first refugee Commissioner Charles Buttigeg, and the “Ukraine War”, with the participation of former Prime Minister Alfred Sant and Maltese journalist Reno Bugeja. Temi Maltin u Ewropej is an information and commentary TV programme produced by Alfred Sant’s MEP local office. It was launched at the beginning of this year with the support of the Socialists and Democrats Group in the European Parliament.

On immigration it was acknowledged that there there is a certain amount of resentment among European communities towards immigrants, mainly because they have a different culture and civilization. This leads to social tensions as residents feel that their lifestyle is under threat. Other points raised included the lack of a common European framework for the acceptance of refugees; the sometimes difficult distinction that needs to be made between an asylum seeker and a person seeking work; the hard position adopted by some Easter European Union Member States towards non-European refugees and the welcoming solidarity they showed towards Ukranian refugees.

During the programme about European security and the Ukraine war, the discussion turned on whether Russia’s concerns about NATO expansion justified the invasion of the Ukraine; Russia’s war aims; the impact of European Union sanctions on the Russian war effort; the changing political landscape within European Union neutral countries, and how Malta’s status of neutrality could be affected by these developments.

Il-kisba ta’ konverġenza soċjo-ekonomika u aktar koeżjoni għandha tkun il-prijorità ewlenija tal-Ewropa – Alfred Sant

Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu dwar riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bidu tal-implimentazzjoni tal-perjodu tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027 Alfred Sant appella ...
Read More

Sant jappella għal qafas li jiżgura l-aċċess għall-mediċini f’pajjiżi żgħar u f’pajjiżi li jinsabu fiż-żoni periferali

L-eks Prim Ministru Alfred Sant esprima appoġġ għal abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva biex jiġi żgurat l-aċċess kontinwu għal prodotti mediċinali ...
Read More

Sant iwissi li s-sanzjonijiet kontra r-Russja m’għandhomx jispiċċaw iweġġgħu lill-Ewropa aktar mir-Russja

F’intervent li għamel waqt skambju ta’ fehmiet dwar l-aħħar żviluppi tal-gwerra kontra l-Ukrajna, Alfred Sant wissa li fl-implimentazzjoni ta’ aktar ...
Read More

L-Immigrazzjoni lejn l-Ewropa – Is-Sigurtà Ewropea u l-Gwerra Ukrajna

Is-suġġetti fuq l-aġenda tal-programm televiżiv sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew Temi Maltin u Ewropej matul ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment