Newsletter

L-Ewropa u ċ-Ċina

Is-suġġett diskuss waqt il-programm televiżiv sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew Temi Maltin u Ewropej matul dan ix-xahar kien “L-Ewropa u ċ-Ċina” bis-sehem tal-eks Prim Ministru Alfred Sant u s-Senior Lecturer fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta’ Malta, Dr Valentina Cassar. Temi Maltin u Ewropej huwa programm televiżiv ta’ informazzjoni u kummentarju.

Newsletter

Ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna għandha tkun ibbażata fuq reċiproċità ekonomika proporzjonata

L-eks Prim Ministru Alfred Sant ivvota favur rapport Ewropew dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar tnaqqis fir-restrizzjonijiet għal qasir żmien tal-kummerċ li tipprovdi l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukrajni. Huwa enfasizza kemm huwa vitali li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kapaċità kummerċjali tal-Ukrajna u li tkompli ssostni lill-pajjiż tal-Ewropa tal-Lvant. Madanakollu, għandu jiġi ċċarat li

Newsletter

Alfred Sant maħtur bħala r-Rapporteur għall-Att dwar il-“Listing”

L-eks Prim Ministru Alfred Sant inħatar bħala r-Rapporteur għall-Att dwar il-“Listing”. Huwa se jkun in-negozjatur ewlieni kemm għas-S&D kif ukoll għall-Kumitat Eknomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) dwar din il-proposta leġiżlattiva. Sant qed jipproponi li jitressaq abbozz tar-rapport f’Ġunju. Dan se jkun segwit minn diskussjoni u votazzjoni, l-ewwel fil-Kumitat Ekonomiku tal-Parlament Ewropew, aktar tard fil-plenarja

Newsletter

Sant jappella għal aktar flessibbiltà fit-tmexxija tal-ewro biex ikun hemm titjib fl-investiment pubbliku

Fl-intervent tiegħu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Brussell dwar ir-Reviżjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, l-eks Prim Ministru Alfred Sant innota li fin-nuqqas ta’ baġit federali, ir-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir ma kinux effettivi biżżejjed biex iż-żona ewro timmaniġġja l-istabbiltà finanzjarja. Huwa enfasizza li għal raġunijiet politiċi, ir-regoli tad-defiċit ma ġewx applikati bl-istess mod għall-Istati

Newsletter

Alfred Sant jikkonferma li se jkun qed jagħlaq il-kapitlu Ewropew tiegħu

L-eks Prim Ministru Alfred Sant qal li mhux se jkun qed jerġa’ jikkontesta f’elezzjoni oħra tal-Parlament Ewropew biex jagħmel spazju għal kandidati ġodda. Waqt intervista ma’ Andrew Azzopardi fuq 103 radio u s-sit elettroniku tal-istazzjon, Sant stqarr li “meta tilħaq ċerta età jagħmel sens li titlaq u tagħmel spazju għal xi ħadd ieħor”. Mistoqsi jekk

Newsletter

Alfred Sant: Il-Parlament Ewropew ftit li xejn qed jagħti kas tan-newtralità ta’ ċerti Stati Membri

Fir-reazzjoni tiegħu għal dibattitu plenarju fil-Parlament Ewropew dwar Rapport tal-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta’ Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni (PSDK) ċivili u assistenza oħra fil-qasam tas-sigurtà ċivili Ewropea, l-eks Prim Ministru Alfred Sant enfasizza li l-mod kif qed tiġi żviluppata dil-politika tagħti ftit kas tal-pożizzjoni ta’ dawk l-Istati Membri li huma newtrali. “Madanakollu taħt ir-regoli