Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tappella lill-gvern Pollakk biex jiżgura li ma jmutux aktar nisa fil-Polonja minħabba r-restrizzjonijiet fuq il-legalizzazzjoni tal-abort fil-Polonja.

Il-plenarja tal-Parlament Ewropew ivvotat għal riżoluzzjoni li tħeġġeġ lill-gvern Pollakk biex jiggarantixxi l-aċċess għal servizzi ta’ abort siguri u legali. Il-Membri Parlamentari Ewropej esprimew kundanna kontra deċiżjoni tal-qorti meħuda fl-2020 li wittet it-triq għal projbizzjoni kważi totali tal-abort li sal-lum għadha fis-seħħ fil-Polonja. Il-Membri Parlamentari Ewropej enfasizzaw li għandha tingħata għajnuna lin-nisa Pollakki li jixtiequ jaċċessaw is-servizzi tal-abort fi Stati Membri Ewropej oħra.

Filwaqt li ammetta li ma jaqbilx kompletament mal-pożizzjoni tal-S&D dwar kwistjonijiet tal-abort u li għal din ir-raġuni spiss ma vvotax bl-istess mod bħall-grupp tiegħu, dwar din ir-riżoluzzjoni Sant qabel mal-pożizzjoni adottata mill-grupp S&D. Huwa enfasizza li l-vot tiegħu dwar il-kwistjoni Pollakka ssegwi pożizzjonijiet simili bħall-vot plenarju preċedenti dwar il-bidla fil-liġijiet tal-abort li kienu ġew introdotti f’Texas. Hemmhekk ukoll bħal fil-Polonja, intużat kwistjoni delikata fl-ogħla livell tal-istat biex jittieħed vantaġġ politiku minnha mingħajr ma tingħata attenzjoni għad-drittijiet taċ-ċittadini.

“Fejn l-abort inkiseb bħala dritt legali f’demokrazija ma jistax u m’għandux jiġi revokat b’mod arbitrarju” żied jgħid Sant. 


Legal rights should not and cannot be arbitrarily revoked – Alfred Sant

Alfred Sant voted in favour of a European Parliament resolution calling on the Polish government to make sure that no more women in Poland die because of the restrictions on legal abortions in Poland. 

The plenary of the European Parliament voted for a resolution urging the Polish government to guarantee the access to safe and legal abortion services. MEPs have voiced condemnation against a 2020 court ruling which paved the way for an almost total ban on abortion which to date is still in effect in Poland. MEPs emphasised that help should be provided to Polish women who would like to access abortion services in other European Member States.

While admitting that he does not completely agree with the S&D stance on abortion issues and that for this reason frequently he did not vote in line with his group, on this resolution Sant agreed with the position adopted by the S&D group. He emphasised that his vote on the Polish issue followed similar lines as previous plenary vote on the change of abortion laws that had been introduced in Texas. There too as in Poland, a delicate issue was used at the highest level of the state to gain political milage without paying attention to citizens’ rights.

“Where abortion has been acquired as a fully legal right in a democracy it cannot and should not be arbitrarily revoked” Sant added.

Ma teżisti l-ebda direzzjoni għal dak li hu leġittimu li jagħmlu l-ġurnalisti u dak li mhux – Alfred Sant

L-eks Prim Ministru Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għar-rapport kontra Kawżi Strateġiċi Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika (SLAPPs). Huwa faħħar l-inizjattiva kontra ...
Read More

Drittijiet legali m’għandhomx u ma jistgħux jiġu revokati b’mod arbitrarju – Alfred Sant

Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tappella lill-gvern Pollakk biex jiżgura li ma jmutux aktar nisa fil-Polonja minħabba ...
Read More

Għandu jinżamm il-prinċipju ta’ kompetizzjoni ġusta fit-taxxa bejn l-istati – Alfred Sant

Waqt dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva tar-Rappurtar Pajjiż b’Pajjiż (CbCR) il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-Partit Laburista tal-S&D Alfred Sant saħaq ...
Read More

Sant jesprimi riżervi dwar l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-finanzjament tal-partiti u l-fondazzjonijiet Ewropej

L-eks Prim Ministru Alfred Sant ivvota favur rapport lill-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment