L-Uffiċċju ta’ Alfred Sant ħa deċiżjoni biex il-programm televiżiv “Temi Maltin u Ewropej” li qed jitmexxa fuq Fliving u Facebook bl-appoġġ attiv tal-grupp tas-S&D fil-parlament Ewropew ikompli għaddej waqt ix-xhur tas-sajf.

Kull programm fih xi aspetti tal-affarijiet tal-Unjoni Ewropea li jiġu diskussi fil-fond mill-MPE Alfred Sant u mistieden. L-uffiċċju jipprepara wkoll dokumenti dettaljati dwar l-oġġetti li qed jiġu riveduti. Dawn jagħtu informazzjoni storika u attwali li madwarha ssir id-diskussjoni. Matul il-programm isir sforz biex is-suġġett ikun jinftiehem u interessanti għat-telespettatur komuni.

Fil-bidu tiegħu l-programm kien intenzjonat għal udjenza żgħira, prinċipalment il-ħsieb kien li se tkun waħda anzjana. Madanakollu, instab li l-programm qed jiġbed ukoll l-attenzjoni taż-żgħażagħ. Dan minkejja li fost it-temi li diġà ġew diskussi kien hemm suġġettii bħall-politika tal-biedja fl-Unjoni Ewropea u tal-politika soċjali Ewropea – suġġetti li ftit li xejn iqanqlu l-entużjażmu tan-nies. Il-materji li ser jiġu diskussi matul Awwissu jinkludu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-politika tal-kompetizzjoni ekonomika fl-Ewropa.

Fix-xhur li ġejjin l-uffiċċju se jkun qed jirrevedi l-ambitu u l-preżentazzjoni tal-programm bil-ħsieb li jtejjeb il-prodott finali. Jekk għandek kummenti u suġġerimenti dwar hekk, dawn ikunu milqugħa bil-qalb.


TV Programme « Temi Maltin u Ewropej » Will continue in Summer

The decision has been taken by Alfred Sant’s Office to continue during the summer months with the TV programme “Temi Maltin u Ewropej” which is being run on Fliving and Facebook with the active support of the S&D group in the European parliament.

Every programme features some aspects of European Union affairs which is discussed in-depth by MEP Alfred Sant and a guest. The office also prepares background papers on the items being reviewed. These give historical and up to the minute information around which the discussion takes place. Throughout the programme, an effort is made to make the subject matter understandable and interesting to the average viewer.

Intended for a minority audience, initially believed to be mainly among the elderly. However, it trasnpired that the programme has been also attracting the attention of young people. This happened despite the fact that among the themes that have already been discussed featured such topics as the European Union’s farming policies and European social policy – hardly subjects that people rave about. The topics being discussed during August will include the European Union’s institutions and competition policy in Europe.

In the coming months the office will be reviewing the scope and presentation of the programme with a view to improving the final product. Your comments and suggestions about this, are welcomed.

Alfred Sant: Il-gass nukleari u naturali jistgħu jkunu kruċjali fil-ġlieda Ewropea kontra t-tisħin globali

Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, l-eks Prim Ministru Alfred Sant saħaq li biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-ansjetajiet ġustifikati dwar is-sigurtà ...
Read More

L-Unjoni Ewropea għandha tieħu kont tas-sitwazzjoni ġeopolitika ta’ Stati Membri newtrali

Rapport approvat mill-Parlament Ewropew waqt l-aħħar plenarja tiegħu qabel il-vaganzi tas-sajf dwar l-Unjoni Ewropea u d-difiża tal-multilateraliżmu jiddeskrivi b’mod aktar ...
Read More

Sant jappella biex il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jibqa’ viġilanti u jgħasses il-pajsaġġ bankarju

Fl-intervent tiegħu waqt skambju ta’ fehmiet mal-president tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Elke König, l-eks Prim Ministru Alfred Sant innota ...
Read More

Il-Programm Televiżiv “Temi Maltin u Ewropej” Ser ikompli fis-Sajf

L-Uffiċċju ta’ Alfred Sant ħa deċiżjoni biex il-programm televiżiv “Temi Maltin u Ewropej” li qed jitmexxa fuq Fliving u Facebook ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment