Il-każini tal-banda żviluppaw fil-kommunitajiet lokali Maltin matul l-aħħar mija u ħamsin sena. Huma raw il-bidu tagħhom f’żewġ attivitajiet li kienu jseħħu fis-soċjetà tradizzjonali Maltija: parteċipazzjoni fil-mużika li tindaqq fil-knejjes, u fil-baned tar-reġimenti Ingliżi stazzjonati f’Malta. Il-każini tal-banda jippromwovu apprezzament popolari tal-mużika Ewropea klassika waqt li jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ xogħlijiet muzikali f’Malta.
Normalment każin ikollu l-binja tiegħu immexxija minn voluntiera li tkun tinsab fiċ-ċentru tal-lokalità, minn fejn jiġu organiżżati attivitajiet madwar il-banda. Din iddoqq għall-festa tal-lokalità, f’ċelebrazzjoniiet tal-liturġija kattolika, u f’kunċerti. Attivitajiet oħra jinkludu l-organiżżażżjoni ta’ lezzjonijiet tal-mużika u ta’ arkivji mużikali, kif ukoll l-ikkommisjonar ta’ xogħlijiet ġodda. Il-każini huma istituzzjonijiet vitali fil-ħajja tal-komunità.
Fis-sena 2014, kien hemm b’kollox 90 każin tal-banda b’37,100 membru, li minnhom 11.4 fil-mija kienu jdoqqu. Organizzaw 1,177 programmi mużikali, f’kontribut liema bħalu għall-kultura popolari.
Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-każini huma affiljati mal- Għaqda Każini tal-Banda, għaqda volontarja li ma taħdimx għall-profitt. Inħolqot fl-1947 biex tikkordina t-talenti u t-tradizzjonijiet tal-każini tal-banda. Hi tippromwovi r-rabtiet bejn il-każini, waqt li tgħinhom u tirrapreżentahom fir-relazzjonijiet tagħhom mal-gvern u awtoritajiet oħra. L- Għaqda għandha impenn sħiħ favur l-iżvilupp kontinwu tal-edukazzjoni mużikali.
B’sens ta’ għarfien għall-kisbiet tagħha, u biex nagħti ġieħ lill-kontribut mogħti mill-każini tal-baned kollha lill-kultura mużikali u lkoeżjoni soċjali fil-gżejjer Maltin, qiegħed ninnomina lill- Għaqda tal-Każini tal-Banda għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew għall-2016.

Facebook Comments

Post a comment