Maltese MEP Alfred Sant said that International Monetary Fund (IMF) officials based in Washington and Eurozone representatives have given two different perspectives on the future of the euro. Dr Sant forms part of a delegation of the Committee for Economic and Monetary Affairs of the European Parliament (ECON) which is discussing matters of economic and financial interest at the 2018 Annual Meeting of the International Monetary Fund (IMF) and the World Bank Group in Bali, Indonesia.

The ECON delegation had intense meetings with representatives of the IMF, Eurozone institutions, experts and Ministers from various countries across the world attending this annual event.
“IMF officials positioned in Washington have expressed their concerns that despite the economic recovery in Europe, the eurozone may face problems if things change to the worse. This is because in the good times that have been experienced in the last few years, more could have been done to improve the financial position of government budgets, so that they would be better prepared to launch financial stimulus to counter the next economic downturn when this happens.” remarked the Maltese MEP.

Dr Sant said that on the other hand Eurozone representatives appear more confident that as a result of the recent reforms implemented by the Eurozone, it is now in quite good shape to face any difficulties it may encounter in the future.

The ECON delegation is expected to continue with its meetings in Bali till Sunday afternoon.

Maltese Version – L-IMF U D-DIRIĠENTI TAŻ-ŻONA EWRO B’PERSPETTIVI DIFFERENTI DWAR IL-FUTUR TAŻ-ŻONA EWRO

Uffiċċjali tal-IMF f’Washington u rappreżentanti taż-żona ewro li qegħdin jieħdu sehem fil-Laqgħa Annwali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Grupp tal-Bank Dinji f’Bali, l-Indoneżja taw żewġ perspettivi differenti dwar il-futur taż-żona ewro. Dan qalu l-MEP Malti Alfred Sant li qed jattendi għall-Konferenza annwali tal-IMF f’delegazzjoni tal-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) li qed tiddiskuti suġġetti ta’ interess ekonomiku u finanzjarju fil-Konferenza.

L-uffiċċjali tal-IMF esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-futur taż-żona Ewro għax minkejja it-titjib ekonomiku fl-Ewropa, iż-żona ewro tista’ taffaċċja problemi jekk l-affarijiet jerġgħu jmorru għall-agħar. Dan għaliex fi żminijiet fejn ir-ritmu ekonomiku huwa tajjeb – kif ġara f’dawn l-aħħar snin – seta’ sar aktar biex titjieb il-pożizzjoni finanzjarja tal-baġits tal-gvernijiet Ewropej, biex ikunu aktar preparati jniedu stimoli finanzjarji li jikkombattu t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku meta dan iseħħ.

Dr Sant żied jgħid li min-naħa l-oħra rappreżentanti taż-Żona Ewro huma aktar kunfidenti għax jemmnu li bħala riżultat tar-riformi implimentati, iż-żona ewro hija aktar b’saħħtiha biex taffaċċja d-diffikultajiet li jistgħu jseħħu fil-futur.

Id-delegazzjoni tal-ECON kellha laqgħat intensivi ma’ rappreżentanti tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Istituzzjonijiet taż-Żona Ewro, esperti u Ministri minn bosta pajjiżi madwar id-dinja li qed jattendu għal dan l-avveniment.

Id-delegazzjoni tal-ECON mistennija tibqa’ sejra bil-laqgħat f’Bali sal-Ħadd wara nofsinhar.

Facebook Comments

Post a comment