F’Mejju r-rata tal-qgħad fiż-żona ewro baqgħet 11.1% u 9.6% fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Eurostat dawn il-persentaġġi baqgħu l-istess mix-xahar ta’ April għax-xahar ta’ Mejju. L-uniċi pajjiżi li kellhom varjazzjonijiet kienu fl-Awstrija fejn ir-rata ta’ qgħad minn 5.8% telgħet 6%, il-Portugall (minn 12.8% għal 13.2%), u r-Rumanija (minn 6.9% għal 7.1%)

Stati membri oħra raw tnaqqis fir-rata ta’ qgħad fosthom il-Litwanja (minn 8.9% għal 8.2%) Spanja (minn 22.7% għal 22.5%) u l-Kroazja (minn 16.2% għal 15.8%). Dawn il-pajjiżi minn xahar għall-ieħor qed jirreġistraw tnaqqis konsistenti fir-rata ta’ qgħad tagħhom.

Il-qgħad fost iż-żgħażagħ ukoll qed ikollu tnaqqis konsistenti. Fix-xahar ta’ Mejju l-qgħad fost dawk li għandhom inqas minn 25 sena niżel għal 21% fiż-żona ewro u 20.6% fl-UE kollha, jiġifieri tnaqqis ta’ 0.2% u 0.1% rispettivament, meta mqabbel max-xahar ta’ April.

Facebook Comments

Post a comment