Il-Kunsill Ewropew qabel li jkomplu s-sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa sakemm il-ftehim ta’ Minsk ikun implimentat sal-aħħar tas-sena 2015. Il-KE qablet li tara xi żviluppi se jkun hemm għaliex ‘id-deċiżjonijiet meħtieġa se jittieħdu fix-xhur li ġejjin’. Il-ftehim ta’ Minsk jgħid li sal-aħħar tas-sena l-Ukraina trid tiggarantixxi status speċjali u awtonomija għal inħawi partikolari ta’ Donetsk u Luhansk. Il-ftehim jgħid li l-Ukraina trid tirkupra l-kontroll fuq il-fruntieri tagħha sa tmiem 2015.
Dwar il-kriżi tal-Ukraina, Alfred Sant qal li kemm l-UE u r-Russja qabdu t-triq l-ħażina biex isolvu l-problemi bejniethom. Sant qal lill-aġenzija tal-Aħbarijiet Russa Sputnik li hemm bżonn ta’ azzjoni bejn l-Ewropej kollha, inkluż ir-Russi, biex skond il-valuri Ewropej tinstab soluzzjoni għall-mewġa globali ġdida ta’ terroriżmu/barbariżmu. Dr Sant qal li s-sanzjonijiet Russi qed itellfu lill-Unjoni Ewropea milli tikkonċentra fuq aktar miżuri kontra t-terroriżmu li jitolbu rispons internazzjonali.

Facebook Comments

Post a comment