L-għadd ta’ immigranti li telqu minn pajjiżhom bħala rifuġjati politiċi u qed ifittxu kenn f’pajjiż ieħor tal-UE laħaq 626,000 fl-2014. F’sena kien hemm żjieda ta’ 191,000 applikazzjoni (+44%), il-biċċa l-kbira minnhom Sirjani. In-numru ta’ Sirjani li applikaw għall-ażil fl-2014 tela’ bi 72,000 u laħaq in-numru ta’ 123,000. Warajhom jiġu l-Afgani li għamlu 41,300 talba għall-ażil. It-tielet l-akbar popolazzjoni li talbet l-ażil huma nies mill-Kosovo. Ħafna minn dawn jixtiequ jgħixu l-Ungerija.
1 minn kull 3 persuni jitolbu l-ażil fil-Ġermanja (bi 202,700 applikazzjoni), warajha hemm l-Isvezja (b’81,200 jew 13%), l-Italja (64,000 jew 10%) Franza (62,800 jew 10%) u l-Ungerija (42,800 jew 7%).
Meta tara kollox skond il-proporzjon tal-kobor tal-pajjiż, l-ogħla numru ta’ talbiet ġew reġistrati fl-Isvezja (8.4 applikazzjoni għal kull 1000 abitant), l-Ungerija (4.3) l-Awstrija (3.3) Malta (3.2), id-Danimarka (2.6) u l-Ġermanja (2.5).

Facebook Comments

Post a comment